Għażiża - Laura Bruno
Автор: L-Għanja tal-Poplu
Загружено: 2025-04-09
Просмотров: 376
Описание:
Song Video
Għażiża 🎤Laura Bruno
🖋️🎵 Mark Spiteri Lucas
Infaħt ġewwa fija
in-nifs tal-għajxien
Imlejtni bl-imħabba
wrejtni min jien
Ħaddantni tarbija
bennintni fis-skiet
U sqejtni l-benna l
li 'l qalbi mliet
Ħallimtni fl-iljieli
bi stejjer mill-qalb
Għallimtni xi tfisser
il-qawwa tat-talb
Rabbejtni fil-għożża bi mħabba bla tmiem
Għannejtli dik l-għanja
li bhalha ma sibt imkien
Noħolmok kuljum
Inħossok fil-qrib
Tħarisni, tmexxini
biex tghinni nsib
Jien għadma minn għadmek, Int tajtni l-muftieħ
Jien laħam minn laħmek, jistħoqqlok kull ġieħ
U f'qalbi dil-kelma
għal dejjem inżomm...
Kburija li nsejjaħlek
omm
Ifeġġu l-memorji
ta' ġranet flimkien
li jibqgħu ġo qalbi
sa ma jtul iż-żmien
Farraġtni fid-dieqa
Wennistni fil-hemm
żrajt fija x-xitla
Li qatt ma tintemm
Noħolmok kuljum I
nħossok fil-qrib...
Flimkien bkejna u fraħna
u għexna l-ħolmiet
li ħesrem intemmu
baqa' biss tifkiriet
Id f'id imxejnieha
tat-tbatija t-triq
sa ma laqgħek fi ħdanu l-Ħallieq
Noħolmok kuljum
Inħossok fil-qrib
Tħarisni, tmexxini
biex tghinni nsib
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: