Munita B’Żewġ Uċuħ - Kayley Cuschieri
Автор: L-Għanja tal-Poplu
Загружено: 2025-03-07
Просмотров: 84
Описание:
Munita B’Żewġ Uċuħ
🎤Kayley Cuschieri
🖋️Paul Ellul
🎶Mark Scicluna
Segwejtek pa mill-bieb daqs ġgant tal-Qorti,
matul it-triq li twassal sa Kordin.
u agħar mill-mewt ħassejt tingħalaq qalbi,
xħin firduna minn xulxin ħitan għoljin.
Għamilt x’għamilt xellift difrejk mal-liġi,
in-nies hemm barra lsienhom tad-deheb fin,
dispreġjattivi t-timbri mwaħħlin miegħek,
u min se jikkonslani, min u min?
Int,
munita b’żewġ uċuħ,
filwaqt l’hemm barra l-folla tħanxar ismek,
jien ngħajjat ismek pa,
filwaqt li ċ-ċella umda tifgak fiha,
ngħix b’nifsek jiena, pa,
filwaqt li l-muftieħ tqil isewwed qalbek,
għalik qalbi bieb miftuħ,
int munita b’żewġ uċuħ.
Kliem in-nies bħal xwabel jinfdu dil-qalb ċkejkna,
daqs is-susa tniffed saffi kbar ħoxnin,
bħal trapan li jdur u jtaqqab ħitan dobblu,
min se jitfa’ l-ewwel ġebla mis-safjin.
Le, int mhux ħaxix ħażin maħsud u mormi,
m’intx ħalib skadut jissielet kontra l-ħin,
jew il-fdal fi platt tal-ikel jinten minsi,
lanqas drapp imżarrat f’pezza ħarir fin.
Int,
munita b’żewġ uċuħ,
filwaqt l’hemm barra l-folla tħanxar ismek,
jien ngħajjat ismek pa,
filwaqt li ċ-ċella umda tifgak fiha,
ngħix b’nifsek jiena, pa,
filwaqt li l-muftieħ tqil isewwed qalbek,
għalik qalbi bieb miftuħ,
int munita b’żewġ uċuħ.
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: