Talba għas-Salvazzjoni tal-Erwieħ għall-merti ta' Sidna Ġesu', Sidtna Marija u tal-Qaddisin
Автор: Rużarji, Devozzjonijiet bil-Malti u Tagħlim Nisrani
Загружено: 2022-09-02
Просмотров: 83993
Описание:
Sors: https://djarjutasantafawstina.wordpre...
For the English Version: https://ruzarji.wixsite.com/diaryofst...
Mid-djarju ta' Santa Fawstina Kowalska paragrafu 1397:
Il-Mulej qalli, "Kull meta tintilef ruħ, din il-ħaġa tnikkitni għall-mewt. Inti dejjem tfarraġni meta titlob għall-midinbin. It-talba li togħġobni l-iktar hija dik li ssir għall-konverżjoni tagħhom. Kun af, binti, li din it-talba dejjem tkun mismugħa."
Fl-Isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.
Qaddisa Trinita', għażiża Ommi Marija u ħbieb tiegħi Qaddisin, jien nħobbkom u nixtieq nafdalkom l-għeżież erwieħ li għadhom fiċ-ċans li jikkonvertu, fosthom jien, biex dawn tassew jikkonvertu u jaslu għal dik il-qdusija mistennija minnhom.
Missierna u Ħobżna
Sliema u Qaddisa
(fuq l-għaxar żibġiet tal-Kuruna b'7 posti jingħad dan li ġej:)
1. Għażiż Missier Etern, minn qalbi nitolbok biex f’ġieħ il-merti li kisbilna Ibnek u Sidna Ġesu' bil-mod kif għex ħajtu fuq din l-art;
ikkonverti lill-midinbin u wassalhom għas-salvazzjoni eterna. (x10)
(Fl-aħħar tingħad il-Glorja…)
2. Għażiż Missier Etern, minn qalbi nitolbok biex f’ġieħ il-merti li kisbitilna Omm Ibnek u Sidtna Marija bil-mod kif għexet ħajjitha fuq din l-art;
ikkonverti lill-midinbin u wassalhom għas-salvazzjoni eterna. (x10)
(Fl-aħħar tingħad il-Glorja…)
3. Għażiż Missier Etern, minn qalbi nitolbok biex f’ġieħ il-merti li kisbulna l-Qaddisin bil-mod kif għexu ħajjithom fuq din l-art;
ikkonverti lill-midinbin u wassalhom għas-salvazzjoni eterna. (x10)
(Fl-aħħar tingħad il-Glorja…)
4. Għażiż Missier Etern, minn qalbi nitolbok biex f’ġieħ il-merti li kisbilna Ibnek u Sidna Ġesu' permezz tat-Tbatija li għadda minnha fil-Passjoni;
ikkonverti lill-midinbin u wassalhom għas-salvazzjoni eterna. (x10)
(Fl-aħħar tingħad il-Glorja…)
5. Għażiż Missier Etern, minn qalbi nitolbok biex f’ġieħ il-merti li kisbitilna Omm Ibnek u Sidtna Marija permezz tad-Dulur li għaddiet minnu waqt il-Passjoni ta' Ibnek;
ikkonverti lill-midinbin u wassalhom għas-salvazzjoni eterna. (x10)
(Fl-aħħar tingħad il-Glorja…)
6. Għażiż Missier Etern, minn qalbi nitolbok biex f’ġieħ il-merti li kisbulna l-Qaddisin permezz tal-Martirju u Tbatijiet oħra li għaddew minnhom f'ħajjithom;
ikkonverti lill-midinbin u wassalhom għas-salvazzjoni eterna. (x10)
(Fl-aħħar tingħad il-Glorja…)
7. Għażiż Missier Etern, minn qalbi nitolbok biex f’ġieħ il-merti li kisbulna Ibnek u Sidna Ġesu', Omm Ibnek u Sidtna Marija u l-ħbieb tiegħek u tagħna l-Qaddisin;
ikkonverti lill-midinbin u wassalhom għas-salvazzjoni eterna. (x10)
(Fl-aħħar tingħad il-Glorja…)
Grazzi għażiż Missier talli għoġbok tisma' u tilqa' din it-talba tiegħi li jiena għamilt għall-imsejkna midinbin, fosthom jien, b'fiduċja sħiħa fil-ħniena tiegħek bla tarf. Ammen.
Fl-Isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: