ycliper

Популярное

Музыка Кино и Анимация Автомобили Животные Спорт Путешествия Игры Юмор

Интересные видео

2025 Сериалы Трейлеры Новости Как сделать Видеоуроки Diy своими руками

Топ запросов

смотреть а4 schoolboy runaway турецкий сериал смотреть мультфильмы эдисон
Скачать

Ir-Ruzarju tal-Glorja mas-Sorijiet Klarissi

Автор: Rużarji, Devozzjonijiet bil-Malti u Tagħlim Nisrani

Загружено: 2016-07-02

Просмотров: 153136

Описание: Blog: http://klarissimalta.blogspot.com.mt/...

Facebooks
Malta: https://m.facebook.com/profile.php?id...

Għawdex: https://www.facebook.com/klarissi.goz...

Bidu

Alla tagħna, isma' t-talb tagħna, eħles għinna u ieqaf magħna. (Filwaqt li jintrad is-Salib)

Glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien fil-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Ammen.

(jingħadu qabel jitħabbar kull il-misteru)
Marija Santissima, urina li inti ommna: għalik jisma' t-talb tagħna, Ġesú li twieled għalina u ried ikun bniedem bħalna.

O Ġesú tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar tal-infern; ħu l-Ġenna l-Erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek.

Misteri tal-Glorja (jingħad kull nhar ta’ Erbgħa u il-Ħadd)

1. Meta Sidna Ġesú Kristu qam minn bejn l-imwiet. (Ġw: 20: 1-10)
2. Meta Sidna Ġesú Kristu tela’ s-sema. (Atti 1: 6-11)
3. Meta Sidna Ġesú Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli. (Atti 2: 1-12)
4. Meta Sidtna Marija ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem. (Lq 1: 46-56)
5. Meta Sidtna Marija ġiet inkurunata mit-Trinitá Qaddisa u mgħollija fuq il-kori kollha tal-Anġli. (Apok 12: 1-12)

Missierna, Sliema u Qaddisa għal-għaxar (x10) darbiet, u Glorja

Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib iżda eħlisna minn kull deni. Ammen

Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù. Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Ammen.

SALVE REGINA

Sliem għalik, Sultana, Omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna. Sliem għalik, lilek ingħajtu, aħna, turufnati, ulied Eva. Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugħ. Ejja mela, avukata tagħna; dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena. Urina, wara dan it-turufnament, lil Ġesù frott imbierek tal-ġuf tiegħek, o ħanina, o pija, o ħelwa, Verġni Marija.

Itlob għalina qaddisa Omm Alla:
Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu. Ammen

Skond il-fehma tal-Papa: Missierna, Sliema u Glorja

Għall-Erwieħ tal-Purgatorju:

Agħtihom, O Mulej il-Mistrieħ ta' dejjem;
id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom,
jistrieħu fil-paċi. Ammen

IL-LITANIJA TAL-MADONNA

Mulej, ħniena. Mulej, ħniena
Kristu, ħniena. Kristu, ħniena
Mulej, ħniena. Mulej, ħniena
Kristu, ismagħna. Kristu, ismagħna
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna. Kristu, ilqa’ t-talb tagħna

Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb, “Ħenn għalina”
Missier Etern Alla. “Ħenn għalina”
Iben Alla, li fdejt id-dinja.
Spirtu Qaddis Alla.
Trinità Qaddisa Alla wieħed.

Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb, “Itlob għalina”
Imqaddsa Marija. “Itlob għalina”
Imqaddsa Omm Alla.
Imqaddsa Xebba tax-xbejbiet.
Omm ta’ Kristu.
Omm il-Knisja.
Omm tal-grazzja ta’ Alla.
Omm l-iżjed safja.
Omm l-iżjed nadifa.
Omm u xebba.
Omm bla tebgħa.
Omm li tistħoqq l-imħabba.
Omm tal-għaġeb.
Omm tal-parir it-tajjeb.
Omm ta’ min ħalaqna.
Omm ta’ min salvana.
Xebba kollok għaqal.
Xebba li tistħoqq kull qima.
Xebba li tistħoqq kull foħrija.
Xebba kollok setgħa.
Xebba kollok ħniena.
Xebba dejjem marbuta m’Alla.
Mera tal-qdusija.
Tron tal-għerf.
Bidu tal-ferħ tagħna.
Għamara ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Għamara ta’ kull grazzja.
Għamara ta’ kull tjieba.
Warda mistika.
Torri ta’ David.
Torri tal-avorju.
Dar tad-deheb.

Arka tar-rabta l-ġdida.
Bieb tas-sema.
Kewkba ta’ filgħodu.
Saħħa tal-morda.
Kenn tal-midinbin.
Faraġ ta’ l-imnikktin.
Għajnuna ta’ l-insara.
Sultana ta’ l-Anġli.
Sultana tal-Patrijarki.
Sultana tal-Profeti.
Sultana ta’ l-Appostli.
Sultana tal-Martri.
Sultana tal-Konfessuri.
Sultana tal-Verġni.
Sultana tal-Qaddisin kollha.
Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa.
Sultana mtellgħa s-sema.
Sultana tar-Rużarju Mqaddes.
Sultana tal-familja.
Sultana tal-paċi.

Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Aħfrilna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ismagħna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ħenn għalina.

Itlob għalina qaddisa Omm Alla:
Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

Nitolbu...
O Alla, li ridt li mat-tħabbira tal-Anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-Verġni Mqaddsa Marija, agħtina nitolbuk, lilna li nistqarruha Omm Alla, li nkunu megħjunin mit-talb tagħha.
Bl-istess Kristu Sidna. Ammen.

Не удается загрузить Youtube-плеер. Проверьте блокировку Youtube в вашей сети.
Повторяем попытку...
Ir-Ruzarju tal-Glorja mas-Sorijiet Klarissi

Поделиться в:

Доступные форматы для скачивания:

Скачать видео

  • Информация по загрузке:

Скачать аудио

Похожие видео

Ir-Ruzarju tal-Ferh mas-Sorijiet Klarissi

Ir-Ruzarju tal-Ferh mas-Sorijiet Klarissi

Živé vysielanie z Baziliky Sedembolestnej Panny Márie

Živé vysielanie z Baziliky Sedembolestnej Panny Márie

Путин объявил о победе / Конец спецоперации / Судьба оккупированных земель / Итоги 2025

Путин объявил о победе / Конец спецоперации / Судьба оккупированных земель / Итоги 2025

⚡️ Зеленский запросил переговоры с Путиным || Срочная эвакуация в Украине

⚡️ Зеленский запросил переговоры с Путиным || Срочная эвакуация в Украине

It-Triq tas-Salib (Via Sagra) ma' Suor Marija tat-Trinita'

It-Triq tas-Salib (Via Sagra) ma' Suor Marija tat-Trinita'

Rużarju għall-Erwieħ tal-Purgatorju

Rużarju għall-Erwieħ tal-Purgatorju

Rużarju tal-Glorja ma' Fr Hayden (Verżjoni riveduta)

Rużarju tal-Glorja ma' Fr Hayden (Verżjoni riveduta)

Ir-Ruzarju tat-Tbatija mas-Sorijiet Klarissi

Ir-Ruzarju tat-Tbatija mas-Sorijiet Klarissi

Kurunella tal-Hniena Divina bil-Malti

Kurunella tal-Hniena Divina bil-Malti

Ir-Ruzarju tad-Dawl mas-Sorijiet Klarissi

Ir-Ruzarju tad-Dawl mas-Sorijiet Klarissi

Il-Misteri tal-Glorja

Il-Misteri tal-Glorja

Talba għas-Salvazzjoni tal-Erwieħ għall-merti ta' Sidna Ġesu', Sidtna Marija u tal-Qaddisin

Talba għas-Salvazzjoni tal-Erwieħ għall-merti ta' Sidna Ġesu', Sidtna Marija u tal-Qaddisin

Rużarju. Misteri tal-Ferħ

Rużarju. Misteri tal-Ferħ

Inħobbok Mulej

Inħobbok Mulej

Ir-Ruzarju tal-Glorja

Ir-Ruzarju tal-Glorja

IR-RUŻARJU TA' SAN ĠUŻEPP - imxandar fin-12.30pm, kull nhar ta' Erbgħa minn fuq RADJU MARIJA MALTA

IR-RUŻARJU TA' SAN ĠUŻEPP - imxandar fin-12.30pm, kull nhar ta' Erbgħa minn fuq RADJU MARIJA MALTA

Rużarju tal-Glorja mill-Isqof Joe Galea Curmi

Rużarju tal-Glorja mill-Isqof Joe Galea Curmi

IL-KURUNELLA TAL-ĦNIENA DIVINA minn fuq Radju Marija Malta.

IL-KURUNELLA TAL-ĦNIENA DIVINA minn fuq Radju Marija Malta.

Rużarju: Misteri tad-Dawl

Rużarju: Misteri tad-Dawl

RUZARJU TAL-FERH GHAT-TFAL U GHALL-FAMILJA KOLLHA

RUZARJU TAL-FERH GHAT-TFAL U GHALL-FAMILJA KOLLHA

© 2025 ycliper. Все права защищены.



  • Контакты
  • О нас
  • Политика конфиденциальности



Контакты для правообладателей: [email protected]