Il-bidwi għaż-żwieġ
Автор: Agius de Soldanis
Загружено: 2012-09-09
Просмотров: 1387
Описание:
Il-bidwi għaż-żwieġ - Proponimento di un Contadino per un Matrimonio
******************************************************************************
Hawn taħt għandkom issibu d-djalogu traskritt kif ukoll bil-Malti Standard.
Id-djalogu traskritt.
=============
ma baka żmien ta scein. żuieg Sceuk. e nesa iridu huma i ghamru b fehmethom, i hharsu lein Żeughom, meta i ridu menhom
Iek ne żeueg, men hhabba f hommi ghaliesc saret hhafna u ghakka. ghagla la kat kelli u la ghandi. Chatbuni uesk kat ma tait ueden. Sc naf nehhelsc flachar sci uehhla, men ghair hhsieb. nesmahhom i ghidu li kabel ma i enghakat e zuieg f dina e Digna, ikun maghmul fe Sema arbghin gornata kabel. Kieku ma e ridiesc la żaghżugha u la kbira, la sabihha u la kerha, ghaliesc ma kiekusc e rit nokghot en hharesha, n esctiek en ghammar kif alla jrit. mur chudha mel Belt, u ghit li hi tighak martek, au enkella gib min i akdiha, heilelha e żarbun, maktur lamtat, el manta. f kelma uahhda e ridha tighi uahhdi, ma husc tighi u ta Suk, e ridha tighi, ma husc ien tahha. ma jeniesc żaghżugh ezied sert be snien, u e kem e scaghar ma biediesc ischieb!
Alla jatik scorti taiba, u li e sib mara ghal kalbek, ghaliesc uesk n-ara Li żmien tbeddel. n-eftakar li e nesa dari i morru lepsin bel ghonnella baida ghal fuk, embaghad kienu i gibuha chadra, flachar men net seuda tal Burat, dana e zmien au Stamina au charir. Achdem ja ragel biesc tlebbes el mara!
u ghal hek el ghaks kollomkien. Alla I hennik.
*****************************************************
Id-djalogu miktub bil-Malti Standard
=========================
Ma baqa' żmien ta' xejn. Żwieġ xewk. In-nisa jridu huma jamru b'fehmiethom, iħarsu lejn żewġhom, meta jridu minnhom.
Jekk niżżewweġ, minħabba f'ommi għaliex saret ħafna u għakka. Għaġla la qatt kelli u la għandi. Ħatbuni wisq, qatt ma tajt widen. X'naf neħilx fl-aħħar xi weħla, mingħajr ħsieb. Nismagħhom jgħidu li qabel ma jingħaqad iż-żwieġ f'dina d-dinja, ikun magħmul fis-sema erbgħin ġurnata qabel. Kieku ma rridhiex la żagħżugħa u la kbira, la sabiħa u la kerha, għaliex ma kikux irrid noqgħod inħarisha, nixtieq ingħammar kif Alla jrid. Mur ħudha mill-Belt, u għid li hi tiegħek martek, aw inkella ġib min jaqdiha, ħejjilha ż-żarbun, maktur lamtat, il-manta. F'kelma waħda, irridha tiegħi waħdi, ma hux tiegħi u tas-suq, irridha tiegħi, ma hux jien tagħha. Ma iniex żagħżugħ iżjed, sirt bis-snin, u ekemm ix-xagħar ma bediex jixhieb!
Alla jagħtik xorti tajba, u li ssib mara għal qalbek, għaliex wisq nara li ż-żmien tbiddel. Niftakar li n-nisa dari jmorru libsin bil-għonnella bajda għal fuq, imbagħad kienu jġibuha ħadra, fl-aħħar minn net sewda tal-burat, dana ż-żmien aw stamina aw ħarir. Aħdem, ja raġel, biex tlibbes il-mara!
U għalhekk il-għaks kullimkien. Alla jhennik.
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: