Fuq iż-żwieġ ta' tifel bidwi
Автор: Agius de Soldanis
Загружено: 2012-09-09
Просмотров: 951
Описание:
Fuq iż-żwieġ ta' tifel bidwi - Discorso tra due Contadini sopra il nuovo matrimonio di un figlio
******************************************************************************
Hawn taħt issibu d-djalogu bil-Malti Standard. Id-djalogu traskritt mhux qed inxandruh hawn għax Youtube ma jippermettix minħabba t-tul.
Ġejt għandek, xbini, għandi nkellmek jekk ma intix mexgħul.
Għaddi u merħba bik, u oqgħod.
Kif tmur il-mgħallma?
Emminni, konna ġejjin flimkien, li konna nafu li nsibuk battal kieku ġejna.
Darb'oħra ġibha miegħek, u t-tfal kif imorru?
Tajbin, huma l-ħtija li jiena ġejt. Għandi Kuzza li tfarfret, qiegħed naħseb għaliha biex inżewwiġha. Xejn ma naf 'il min noħdilha. Hija donnha ħarufa fid-dar, bieżla kemm għaxra, 'ma l-frott la jsir trid taqtgħu. Qawwija bħal baqra.
Jien nafha, donnha tebqa ta' warda. Lil min trid toħdilha, min ħatabhielek?
Ngħidlek is-sewwa, qatigħ ħatbuha. Jiena kif rasi merfugħa biha, ma kikux irrid nagħti l-widen, seħibti donnha raddiena tiżżonżonjani biex inżewwiġha, għaliex hemm l-oħrajn għadhom ġejjin, u kuljum qegħdin jaqbżu. F'min naqbad ma nafx. Ħatab wieħed Malti, ieħor minn hawn. Ara ftit x'tgħidli?
X'jagħmlu dawn il-għożżieb?
Il-Malti jgħiduli li hu fuq qaddu. X'naf hux minn dawk li minn ħanut jidħol, u mn'ieħor joħroġ. Illum l-inbid, u l-logħob tal-karti kulħadd jafhom. Ma rrid kieku li teħel la ma' lagħgħab u la ma' xi xarrab, għaliex ħwejġi jmorru fil-ħala. Dak ta' hawn, imbagħad, int u jiena nafuh. Għażeb għadu żagħżugħ, li ma kienx iħobb id-dverna, fejn fiha kultant jilgħab il-morra o għat-tin o għall-inbid, u li ma kienx wisq drabi jagħmel lejlu u nharu kieku ma iniex naħseb.
U għidli llum fejn issibu dak il-għażeb, mingħajr imma. Aħna konna bħalu u żgħażagħ u għożżieb għalhekk bqajna. Għażeb jaħseb ta' għażeb, miżżewweġ ta' miżżewweġ. Ġej min-nies li tiswa, għandu l-ġid u għandu l-ħila. Usalna fi żmien li ma hemmx fejn tiħtar. Iż-żwieġ bħall-qara' twil, waħda twila, oħra mgħawġa, u bħall-ħjar, waħda ħelwa u oħra morra. Mur rodd is-salib għal wiċċek, għid 'il seħibtek, sejjaħ il-ħuttab u fittex orbot, agħtih il-maktur u l-ħatem qabel ma jdejjaq qalbu u jmur xi mkien ieħor, u tibqa' bħal xemx f'nofsinhar.
Ma kikux tgħid ħażin, 'ma qabel San Ġwann li ndaħħal it-tgħam, u nsemmen il-majjal, il-mara ma tħallinix, għaliex trid ukoll tħejjilha l-meħba. Għandna raġun ma nifirħux bil-bniet meta jsiru bħal bis-subien. Sejra taħlini u tneżża' dari.
Kellek taħseb qabel, martna ma għamlux hekk, hekk jagħmlulna wliedna.
Meta, ħaqq dini, inkunu żgħażagħ bħal żgħażagħ naħsbuha. Alla jhennik.
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: