Bejn kaċċatur u bidwi
Автор: Agius de Soldanis
Загружено: 2012-09-09
Просмотров: 2197
Описание:
Bejn kaċċatur u bidwi - Discorso di un Cacciatore con un Contadino
******************************************************************************
Hawn taħt għandkom issibu d-djalogu traskritt kif ukoll bil-Malti Standard.
Id-djalogu traskritt.
=============
O scbini ghal fein tegbdelha?
ghal Rahhli
Fein ent mnessel?
me nasciar
chseptu men kliemek
Hei ma husc ta ftit. Ent ghal fein bdaun el kliep u bdauna e nies
Sejer ghal fenek, u ghandi e nemes biesc e nemmeshom
Geit f-uak taieb, essa smait li ghadha uihhet phhalek kacciatur li cha fuk el chamsin. Mur e nahha tal kbur el'hhut egbet ghal mellihha, u gha Torri l'ahhmar li essib.
Tghit challa scein u raihh
El mit kaddis. kat j entem dana e nesel chala kol ma Sap fuec l'art, ghat li dali dali i oktlu u jechdu. El kzira taghna jek t-aghmel tajeb el kont bein uahhda u ochra i enkatlu elf fenek koglium. ma tmursc ghal Liebri u ghal hhagel dak ekel?
Li kienu jenkabdu dauna kieku enchleu men di l'art. tritc t-escrob? Escrob men ghair elma, tric el kargha?
Alla j atina e Sahha. ma ritc ezied ghaliesc i chauadli mochi.
en Sibusc elma gha Scorb dik e nahha?
Akla sctiekol. Sctescrob e sib e nescighat li j eskuk.
Hemsc kacciaturi ochra kabli
U ghasc hem t ebża li ma essipsc? mur mur. U jek ent u ghaddei t challili sci uihhet af, li n-af nieklu.
ghaliesc le. tritc sce hhagochra?
Alla i kauik. mur be sliema!
*****************************************************
Id-djalogu miktub bil-Malti Standard
=========================
O xbini, għal fejn tiġbdilha?
Għal raħli.
Fejn int imnissel?
Min-Naxxar.
Ħsibtu minn kliemek.
Ħej, ma hux ta' ftit. Int għal fejn b'dawn il-klieb u b'dawna n-nies?
Sejjer għall-fenek, u għandi n-nemes biex innemmishom.
Ġejt f'waqt tajjeb, issa smajt li għadda wieħed bħalek kaċċatur li ħa fuq il-ħamsin. Mur in-naħa tal-Qbur il-Lhud, iġbed għall-Mellieħa, u għat-Torri l-Aħmar li ssib.
Tgħid ħalla xejn urajh?
Il-mitt qaddis! Qatt jintemm dana n-nisel? Ħela kulma sab f'wiċċ l-art, għad li dali dali joqtlu u jieħdu. Il-gżira tagħna, jekk tagħmel tajjeb il-kont, bejn waħda u oħra jinqatlu elf fenek kuljum. Ma tmurx għal-liebri u għall-ħaġel? Dak ikel!
Li kienu jinqabdu dawna kieku nħlew minn dil-art. Tridx tixrob? Ixrob mingħajr ilma, tridx il-qargħa?
Alla jagħtina s-saħħa. Ma rridx iżjed għaliex iħawwadli moħħi.
Insibux ilma għax-xorb dik in-naħa?
Aqla' x'tiekol. X'tixrob issib in-nixxigħat li jisquk.
Hemmx kaċċaturi oħra qabli?
U għax hemm tibża' li ma ssibx? Mur, mur. U jekk int u għaddej tħallili xi wieħed, afli naf nieklu.
Għaliex le! Tridx xi ħaġ'oħra?
Alla jqawwik! Mur bis-sliema!
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: