Immorru - Francesca Zammit
Автор: L-Għanja tal-Poplu
Загружено: 2025-10-05
Просмотров: 84
Описание:
Immorru 🎤 Francesca Zammit
🖊️Immanuel Mifsud 🎶Francesca Zammit
Tersqux lil hawn għax m’għad hawn xejn.
Tiġux ’l hawnhekk għax m’għadx hawn fejn immorru.
Għalxejn għednielhom tul is-snin:
illum spiċċajna midfunin.
Ħa mmorru!
Infittxu l-blu u ma nsibuhx,
naraw biss griż – ma nifilħuhx.
Ħa mmorru!
Ħa nagħlaq għajnejja u ntawwal idejja.
Ħa mmiss l-ewwel stilla li tiġi tittawwal.
Ħa mmur fit-tarf nett biex immidd lil riġlejja
u nara dil-firxa quddiemi tiddawwal.
Ħa mmur ħa nitbiegħed xħin nagħlaq għajnejja.
Ħa mmur fit-tarf nett fejn niltaqa’ marriħ.
Ħa mmiss l-ewwel stilla li tinżel sa ħdejja
u dak li hawn hawn jirnexxili ninsieh.
Dad-dlam li hawn għax ħbew lix-xemx ...
dal-qtugħ ta’ nifs għax arja m’hemmx ...
Immorru!
Ikollna nħallu dan il-post
għax sar bla ħajja, sar bla gost.
Ħa mmorru!
M’għadx fadal lok fejn niġġerrew.
M’hemmx sens li nibqgħu nistennew.
Se mmorru!
Ħa nagħlaq għajnejja u ntawwal idejja...
Ħa mmur ħa nitbiegħed xħin nagħlaq għajnejja...
Ħa mmiss l-ewwel stilla li tinżel sa ħdejja
u dak li hawn hawn ...
Aktar informazzjoni fis-sit- www.ghanjatalpoplu.org/kanzunetti-2025
#GhanjaTalPoplu #artscouncilmalta #visitmalta #exploremore
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: