ycliper

Популярное

Музыка Кино и Анимация Автомобили Животные Спорт Путешествия Игры Юмор

Интересные видео

2025 Сериалы Трейлеры Новости Как сделать Видеоуроки Diy своими руками

Топ запросов

смотреть а4 schoolboy runaway турецкий сериал смотреть мультфильмы эдисон
Скачать

PRESEPJU B’BIXRA MALTIJA FI SFOND GĦAWDXI

Автор: ONE News Malta

Загружено: 2022-12-26

Просмотров: 1211

Описание: ONE.COM.MT • Se nitkellmu issa dwar presepju li wieħed jista’ jżur mal-ġenb tal-Knisja Parrokjali ta’ Ħal Luqa, biswit is-sede tal-Għaqda Mużikali Sant Andrija.

Presepju ieħor li jkompli jikkonferma l-ħiliet artistiċi tal-Maltin permezz ta’ din it-tradizzjoni f’dawn iż-żmien ta’ festi.

KITBA: ANTON FALZON
FILMATI: BJORN BONELLO

Minn Ħal Luqa, dlonk qisek bħal issib ruħek fil-qalba tax-xatt tax-Xlendi.

Dan huwa dak li wieħed iħoss meta jżur il-presepju li l-Għaqda Mużikali Sant Andrija ta’ Ħal Luqa qed ittella’ taħt is-sede tagħha mal-ġenb tal-Knisja parrokkjali.

Dan il-presepju li jħaddan fih it-tradizzjonijiet u dak kollu li huwa Malti juri diversi aspetti mill-ħajja maltija tal-imgħoddi.

Tistħajlek qiegħed sorġut fuq dgħajsa, u tilmaħ il-pajsaġġ malti mżewweġ mal-bajja ta’ Xlendi ta’ xi mitt sena ilu. F’dan il-presepju dlonk wieħed jilmaħ xogħol mirqum ħafna fil-pasturi, xogħol Jesmond Micallef. Fost dawn insemmu l-mara għaddejja b’xogħolha taħdem il-bxiekel bil-qasab. Is-sajjieda u saħansitra il-bennej malti iqiegħed il-ġebel bil-pal, binja li llum il-ġurnata ħadet bixra oħra.

Ma tistax tonqos il-mara Maltija bl-għonnella, tigbed magħha lix-xbejba tagħha. Sant Andrija li huwa sinonimu ferm max-Xlendi ukoll sab postu f’dan il-presepju.

Jidher ukoll il-bejjiegħ tal-ħalib idur bil-mogħoż u l-gendus Malti. U biex jaqtgħu l-għabra hemm ukoll il-bexxiex tat-triq.

F’dan il-presepju, tiddomina wkoll l-għolja tas-Salvatur ta’ Marsalforn, li tibqa’ nieżla sal-Wied tal-Lunzjata fejn tiddomina il-binja tad-daħla tal-Wied. Tidher ukoll il-Knisja ta’ Pinu l-Antika li jingħad li Karmni Grima dehritilha l-Madonna u qaltilha biex din il-knisja ma titwaqqa qatt, fejn saħansitra għada teżisti sallum.

In-nattivita' f’dan il-Presepju hija wkoll replika tal-pittura ta’ Ġużeppi Cali li tinsab fuq l-artal tat-twelid li jinsab fil-Knisja Parrokkjali.

Il-President tal-Għaqda Mużikali Sant Andrija ta’ Ħal Luqa tkellem magħna dwar il-ħsieb wara dan il-presepju.

CHARLES ATTARD
IL-PRESIDENT TAL-GĦAQDA MUŻIKALI SANT ANDRIJA
“Ilna diversi snin intellgħu presepju b’xenarju differenti minn pajjiżna. Fosthom insemmi l-presepju fl-2017 konna għamilnieh fuq il-Belt Valletta li għadu jintrema sal-lum, fil fatt din is-sena qiegħed armat fil-Berġa ta’ Kastilja wkoll. Dan il-presepju kien armat ukoll f’Ruma kif ukoll fil-Parlament Malti.”

B’sodisfazzjon, wieħed mill-erba' membri tal-Għaqda li ħadmu fuq dan il-presepju, rrakkuntalna dwar is-suċċess li kellhom barra minn xtutna.

ADRIAN GATT
PRESEPISTA
“Kien fl-2020, ħarġet sejħa biex issir wirja fil-Museum of the Bible fl-Amerka, konna dħalna fl-eqqel tal-pandemija u morna u ntgħażel u ġie l-ewwel u se jibqa permanenti fil-Museum of the Bible fl-Amerka.”

Не удается загрузить Youtube-плеер. Проверьте блокировку Youtube в вашей сети.
Повторяем попытку...
PRESEPJU B’BIXRA MALTIJA FI SFOND GĦAWDXI

Поделиться в:

Доступные форматы для скачивания:

Скачать видео

  • Информация по загрузке:

Скачать аудио

Похожие видео

Malta fil-Presepju - Rebbieħ tal-kompetizzjoni presepji statiċi kbar 2015

Malta fil-Presepju - Rebbieħ tal-kompetizzjoni presepji statiċi kbar 2015

⚡️ Атака Путина «Орешником» по Украине || Россия нанесла удар

⚡️ Атака Путина «Орешником» по Украине || Россия нанесла удар

സപ്താഹം കഴിയുമ്പോൾ തീരുന്ന ഭക്തിയാണോ? ഭാഗവതം ഹൃദയത്തിൽ നിറയ്ക്കാൻ ഒരേയൊരു വഴി!

സപ്താഹം കഴിയുമ്പോൾ തീരുന്ന ഭക്തിയാണോ? ഭാഗവതം ഹൃദയത്തിൽ നിറയ്ക്കാൻ ഒരേയൊരു വഴി!

"Iktar ma jgħaddi żmien, il-Caritas iktar qed tfisser ħafna għalija" - Miguel.

Malta EU - Msida Creek Project (update 2)

Malta EU - Msida Creek Project (update 2)

Maltaq EU - Msida Creek Project (update 3)

Maltaq EU - Msida Creek Project (update 3)

Magħkom | Il-Presepju Malti

Magħkom | Il-Presepju Malti

Vilkų Taryba 138 - 2026-ieji metai: Nauja epocha. Grįžta stipriojo teisė?

Vilkų Taryba 138 - 2026-ieji metai: Nauja epocha. Grįžta stipriojo teisė?

🕋 Makkah Live | مكة مباشر | الحرم المكي مباشر | قناة القران الكريم السعودية مباشر | مكه المكرمه مبا

🕋 Makkah Live | مكة مباشر | الحرم المكي مباشر | قناة القران الكريم السعودية مباشر | مكه المكرمه مبا

L-Ewwel Sezzjoni - Kif tibni Presepju mal-Presepista Mark Scerri

L-Ewwel Sezzjoni - Kif tibni Presepju mal-Presepista Mark Scerri

L-ENEMALTA BI PJAN TA’ INVESTIMENTI

L-ENEMALTA BI PJAN TA’ INVESTIMENTI

🎙 Честное слово с Сергеем Жирновым

🎙 Честное слово с Сергеем Жирновым

Malta fil-Presepju 2017

Malta fil-Presepju 2017

Срочная переброска авиации / Крупнейшая потеря России

Срочная переброска авиации / Крупнейшая потеря России

Mort Betlehem… imma bqajt f'Ħal Luqa

Mort Betlehem… imma bqajt f'Ħal Luqa

🔴 FREEДОМ | ФРИДОМ | Телеканал ФРІДОМ онлайн

🔴 FREEДОМ | ФРИДОМ | Телеканал ФРІДОМ онлайн

Betlem Monumental de  Miguel Ángel Falcó a Cullera

Betlem Monumental de Miguel Ángel Falcó a Cullera

SITT SNIN TA’ GĦAQAL AMMINISTRATTIV

SITT SNIN TA’ GĦAQAL AMMINISTRATTIV

Banda Victory Xaghra - Programm muzikali Festa 2021

Banda Victory Xaghra - Programm muzikali Festa 2021

Латушко: Обращение к элитам Лукашенко — в связи с арестом Мадуро

Латушко: Обращение к элитам Лукашенко — в связи с арестом Мадуро

© 2025 ycliper. Все права защищены.



  • Контакты
  • О нас
  • Политика конфиденциальности



Контакты для правообладателей: [email protected]