SENTEJN WARA JAMMETTI LI QATEL LIL SHANNON MAK
Автор: ONE News Malta
Загружено: 2020-10-14
Просмотров: 1515
Описание:
ONE.COM.MT • Illum fil-Qorti, Jelle Rijmpe ammetta li qatel lil Shannon Mak sentejn ilu f’Santa Venera.
Aktar aħbarijiet mill-Qorti f’dan is-servizz
KITBA: TRISCHIA FALZON
FILMAT: ARKIVJI
Jelle Rijpma, l-Olandiż ta’ erbgħa u għoxrin sena li kien qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Shannon Mak sentejn ilu u li f’seduti preċedenti dejjem ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, ammetta li qatel lill-eks tfajla u kollega tiegħu.
Shannon Mak, ta’ tletin sena, kienet instabet mejta f’għadira demm bejn karozza pparkjata u ħajt ta’ ġnien f’Santa Venera.
Fil-Qorti kien ħareġ li Mak inqatlet brutalment b’daqqiet ta’ sikkina f’għonqha.
Marki tal-idejn li kienu nstabu mal-ħajt fix-xena tar-reat, jagħtu ħjiel li l-aggressur sabbat lill-vittma mal-ħajt qabel qatilha bid-daqqiet ta’ sikkina.
Il-ġisem bla ħajja tagħha kien instab kmieni filgħodu fit-tlieta t’Awwissu tal-elfejn u tmintax.
Quddiem il-Maġistrat Simone Grech, Jelle Rijpma, li dejjem ċaħad l-akkużi kontrih, biddel il-verżjoni u ammetta li hu ħati.
Issa jmiss li tingħata s-sentenza lil Rijpma.
ĠORĠJAN JINŻAMM ARRESTAT WARA SERQA F’SAN PAWL IL-BAĦAR
Giorgi Kvinikadza ta’ erba’ u tletin sena mill-Ġorġja nżamm arrestat wara li ġie mixli li seraq madwar ħames mitt ewro fi flus kontanti u flixken tax-xorb minn ristorant f’San Pawl il-Baħar. Huwa ġie akkużat ukoll li kkaġuna ħsara konsiderevoli għad-dannu ta’ kumpanija privata.
Il-Maġistrat Astrid May Grima semgħet kif l-akkużat kien instab ħati ukoll li fl-elfejn u sittax vvjaġġa permezz ta’ viża falza u kien ngħata sentenza sospiża. Huwa mar lura pajjiżu u reġa’ ġie Malta b’isem differenti.
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: