ycliper

Популярное

Музыка Кино и Анимация Автомобили Животные Спорт Путешествия Игры Юмор

Интересные видео

2025 Сериалы Трейлеры Новости Как сделать Видеоуроки Diy своими руками

Топ запросов

смотреть а4 schoolboy runaway турецкий сериал смотреть мультфильмы эдисон
Скачать

ILHA 70 SENA TAĦDEM F’ĦANUT TAX-XORB FIL-MELLIEĦA

Автор: ONE News Malta

Загружено: 2021-08-17

Просмотров: 7683

Описание: ONE.COM.MT • Fis-servizz li jmiss se nsegwu intervista ma’ mara li rrakkuntat sebgħin sena esperjenzi ta’ xogħol f’ħanut tax-xorb fil-Mellieħa.

Il-ħanut imur lura għal iktar minn seklu ilu u Ġuża Zarb bdiet tferra x-xorb meta kienet għadha daqxejn ta’ tifla.

KITBA: DEBORAH CILIA
FILMAT: SHAUN CUCCIARDI

Mara taħdem f’ħanut tax-xorb li tul is-snin dejjem kien iddominat mill-klijenti rġiel.

Ġuża Zarb ilha taħdem f’ħanut tax-xorb fil-Mellieħa għal sebgħin sena.

Hija spjegatilna kif il-ħanut kien intiret minn ġenerazzjoni għall-oħra u bdiet titrawwem fil-ħanut tax-xorb mal-ġenituri tagħha biex eventwalment xtrat il-ħanut u bdiet taħdem għal rasha.

ĠUŻA ZARB
SID TA’ ĦANUT TAX-XORB
“Minn meta kelli tmien snin... magħhom kont. Imbagħad bqajt, imbagħad mituli l-ġenituri, f’salt, f’seba’ xhur u xtrajtu m’għand ħuti.”

Ġuża qaltilna wkoll li l-ħanut ilu miftuħ għal għexieren ta’ snin.

ĠUŻA ZARB
SID TA’ ĦANUT TAX-XORB
“Jien naħseb ilu miftuħ, jekk mhux qabel il-Knisja, naħseb xi 120 sena, bejn wieħed u ieħor tan-nanniet ta, għax imbagħad fil-familja tiegħi, jiġifieri t’ommi u ta’ missieri ilu sebgħin sena.”

Kif wieħed jista’ jobsor, f’ħanut tax-xorb rat episodji kkuluriti ferm.

ĠUŻA ZARB
SID TA’ ĦANUT TAX-XORB
“Darba ġie Ingliż kien fis-sakra u ġie hawn u mar il-każin, u reġa’ ġie hawn, imbagħad reġa’ mar il-każin u ġabulu l-Pulizija u kien ġabruh il-Pulizija niftakar, qisu daqs tmien snin ilu.”

Issemmi wkoll klijenti li kienu tar-ruħ u jaqilgħu u jieklu.

Darba minnhom ma rritornawx għall-qatra fil-ħanut ta’ Ġuża.

ĠUŻA ZARB
SID TA’ ĦANUT TAX-XORB
“Kienu żewġ ġuvnotti ferriħin, hekk u kienu ħarġu fuq il-baħar, kien għandi jkun fi Frar u marru għal xi ħut u ma nstabux u wara tliet ġimgħat instabu mejtin.”

Ġuża esprimiet magħna x-xewqa tagħha li tħalli l-ħanut f’idejn uliedha u t-tfal tagħhom.

ĠUŻA ZARB
SID TA’ ĦANUT TAX-XORB
“Hekk il-ħsieb tiegħi, issa kif jgħiduha, min jixtieq jieħdu, jieħdu hux. Issa ma nafx jien x’ħa jsir wara mewti.”

B’dan il-kliem, lil Ġuża ħallejnieha tkompli tipprepara l-ħanut biex ikun lest biex jilqa’ l-klijenti.

Не удается загрузить Youtube-плеер. Проверьте блокировку Youtube в вашей сети.
Повторяем попытку...
ILHA 70 SENA TAĦDEM F’ĦANUT TAX-XORB FIL-MELLIEĦA

Поделиться в:

Доступные форматы для скачивания:

Скачать видео

  • Информация по загрузке:

Скачать аудио

Похожие видео

"Qam mill-koma fil-ġimgħa tal-Milied.... kien Milied speċjali għalina"

⚡️ЖДАНОВ: СРОЧНО! Разведка США ВЫШЛА с СЕНСАЦИОННЫМ заявлением. СЛИЛИ инсайд из Кремля

⚡️ЖДАНОВ: СРОЧНО! Разведка США ВЫШЛА с СЕНСАЦИОННЫМ заявлением. СЛИЛИ инсайд из Кремля

Sting - Every Breath You Take || Sylwester z Dwójką 2025

Sting - Every Breath You Take || Sylwester z Dwójką 2025

На Голубом огоньке Путина Канделаки и Соловьев ушли в разгул. ПОСМОТРИТЕ, даже Лукашенко РУХНУЛ

На Голубом огоньке Путина Канделаки и Соловьев ушли в разгул. ПОСМОТРИТЕ, даже Лукашенко РУХНУЛ

IRRITORNATI F’PAJJIŻHOM FI FTIT JIEM

IRRITORNATI F’PAJJIŻHOM FI FTIT JIEM

PRESEPJU AMBJENTAT FIL-MARSA

PRESEPJU AMBJENTAT FIL-MARSA

JGĦIXU B’MOD ILLEGALI FI STALEL FIL-MARSA

JGĦIXU B’MOD ILLEGALI FI STALEL FIL-MARSA

SOLVUTI KOLLHA L-KAŻI TAL-OMIĊIDJI TA’ DIN IS-SENA

SOLVUTI KOLLHA L-KAŻI TAL-OMIĊIDJI TA’ DIN IS-SENA

Личный враг Путина и Кадырова Кутаев: Залужный возвращается в Киев!

Личный враг Путина и Кадырова Кутаев: Залужный возвращается в Киев!

INAWGURATA L-FLYOVER FL-IMSIDA CREEK

INAWGURATA L-FLYOVER FL-IMSIDA CREEK

Supplika lill-Madonna Ta' Pinu fiż-żmien tal-imxija tal-Covid-19

Supplika lill-Madonna Ta' Pinu fiż-żmien tal-imxija tal-Covid-19

L-EWROPEJ IMĦASSBIN BIL-PENSJONIJIET

L-EWROPEJ IMĦASSBIN BIL-PENSJONIJIET

Mandaryna & Michał Wiśniewski - Ev'ry Night || Sylwester z Dwójką 2025

Mandaryna & Michał Wiśniewski - Ev'ry Night || Sylwester z Dwójką 2025

⚡Буданов ВЫШЕЛ с СЕНСАЦИОННОЙ операцией (ВИДЕО) ТРАУР у Путина. Трамп РАСКРЫЛ ложь Кремля

⚡Буданов ВЫШЕЛ с СЕНСАЦИОННОЙ операцией (ВИДЕО) ТРАУР у Путина. Трамп РАСКРЫЛ ложь Кремля

Ħal Qormi qam ixxukjat bil-mewt ta' Charlon Borg

Ħal Qormi qam ixxukjat bil-mewt ta' Charlon Borg

TRIQ PRINĊIPALI FIŻ-ŻURRIEQ B’ARMAR MODERN

TRIQ PRINĊIPALI FIŻ-ŻURRIEQ B’ARMAR MODERN

TĦEJJIJIET ĊELEBRATTIVI FI TMIEM L-2025

TĦEJJIJIET ĊELEBRATTIVI FI TMIEM L-2025

QORMI JAMMETTI LI SAQ GĦAL ĠO RESIDENZA

QORMI JAMMETTI LI SAQ GĦAL ĠO RESIDENZA

Fejn għexna | ZEJTUN 2

Fejn għexna | ZEJTUN 2

Għażiż tagħna Dun Victor Grech, b'dal-filmat infakkru ftit mill-mumenti memorabbli tiegħek magħna.

Għażiż tagħna Dun Victor Grech, b'dal-filmat infakkru ftit mill-mumenti memorabbli tiegħek magħna.

© 2025 ycliper. Все права защищены.



  • Контакты
  • О нас
  • Политика конфиденциальности



Контакты для правообладателей: [email protected]