SPETTAKLU TAN-NAR F’JUM L-INKURUNAZZJONI FIL-MOSTA
Автор: ONE News Malta
Загружено: 2022-08-09
Просмотров: 1289
Описание:
ONE.COM.MT •
Ħidma ta’ sena minn diversi voluntiera se twassal biex għada, jum l-inkurunazzjoni tal-kwadru ta’ Marija Assunta fil-Mosta, isir spettaklu tal-logħob tan-nar, kemm tal-ajru kif ukoll tal-art.
Fil-jum tal-Erbgħa, il-Mostin ifakkru Jum l-Inkurunazzjoni meta, fl-1975, ġie inkurunat il-kwadru titulari ta’ Marija Assunta.
Għal din l-okkażjoni s-Soċjetà Filarmonika Santa Marija se torganizza spettaklu tan-nar bl-isem ta’ ‘Symphony of Fire’.
ONE News żar l-aħħar preparamenti għal-logħob tan-nar kemm tal-ajru kif ukoll dak tal-art.
F’għalqa fuq barra tal-Mosta, sibna grupp ta’ voluntiera jlestu l-affarijiet qabel il-ħarqa sinkronizzata mal-mużika. Fost dawn kien hemm Malcolm Zammit, wieħed mill-koordinaturi.
MALCOLM ZAMMIT
KORDINATUR
“Bażikament, xogħol hawn ħafna x’tara. Hawn ħafna mużika x’jisimgħu, jiġifieri n-nies li ġejjin se jieħdu pjaċir żġur. Hawn ħafna effetti, effetti ġodda fis-sema, speċjalment fejn jidħol xogħol ta’ blalen u qisien varji ħafna. Jibdew minn qisien ta’ sitt pulzieri jibqgħu telgħin għal qisien ta’ żewġ pulzieri.”
Żorna wkoll il-parkeġġ biswit ir-Rotunda, fejn kien għaddej l-aħħar xogħol ta’ tħejjija b’rabta mal-logħob tan-nar tal-art.
Tkellimna ma’ Noel Gauci, li tkellem dwar kif id-dilettanti ilhom għal din l-aħħar sena jaħdmu għal dan l-ispettaklu u dwar kif l-istennija hija waħda kbira wara nuqqas ta’ sentejn kawża tal-pandemija.
NOEL GAUCI
IS-SEGRETARJU TAL-KUMMISSJONI NAR
“Għandna esebizzjoni ta’ diversi biċċiet tan-nar tal-art, li se jitgawdew mill-pubbliku inġenerali. Għandna wkoll diversi biċċiet ġodda u, lejn l-aħħar tal-esebizzjoni, hemm xow sinkronizzat madwar il-pjazza kollha. Bażikament, ilna ppjanati għaliha sentejn u ħa jkollna xow issinkronizzat mal-mużika d-dawra tal-pjazza kollha.”
Min-naħa tiegħu, Malcolm Zammit għalaq b’dan l-appell.
MALCOLM ZAMMIT
KORDINATUR
“Kollox jibda fid-8:45pm. Se nibdew bil-murtali tradizzjonali, dawk li ngħidulhom murtali ta’ fuq l-idejn, u mbagħad nassistu għall-ħarqa tal-aħħar, ix-xow piromużikali li għandu madwar 25 minuta. Inħeġġeġ lil kulħadd, dilettanti, biex min irid jiġi u jassisti għal dan ix-xow imur Main Street u minn hemmhekk ikun jista’ jara kollox.”
In-nar tal-art se jsir wara l-ħdax u nofs ta’ filgħaxija.
Il-ħidma tal-voluntiera tkompli f’jum Santa Marija, waqt id-dħul tal-vara, permezz ta’ ħarqa speċjali mill-pjazza ta’ din il-lokalità.
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: