ycliper

Популярное

Музыка Кино и Анимация Автомобили Животные Спорт Путешествия Игры Юмор

Интересные видео

2025 Сериалы Трейлеры Новости Как сделать Видеоуроки Diy своими руками

Топ запросов

смотреть а4 schoolboy runaway турецкий сериал смотреть мультфильмы эдисон
Скачать

ESPERJENZA MILL-QRIB TAX-XOGĦOL LI JAGĦMLU L-UFFIĊJALI TAS-CPD

Автор: ONE News Malta

Загружено: 2023-03-02

Просмотров: 1173

Описание: ONE.COM.MT •
“L-ewwel ta’ Marzu huwa l-jum li madwar id-dinja titfakkar il-ħidma tal-protezzjoni ċivili. F’Malta mhux b’inqas. Għandna Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li għandu fi ħdanu diversi uffiċjali li ta’ kuljum jieħdu sehem f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ li jgħinu jsalvaw il-ħajjiet mhux biss tal-Maltin imma anki kif rajna sa ftit tal-ġimgħat ilu stess, barra minn xtutna, u proprju f’dan il-jum ġejna hawnhekk fl-istazzjon tat-tifi tan-nar f’Ħal Far magħruf bħala Sierra 1 biex nieħdu togħma żgħira ħafna ta’ dak li dawn l-uffiċjali jagħmlu ta’ kuljum fuq il-post tax-xogħol.”

Fil-Jum Dinji li jirrikonoxxi l-irwol u l-importanza tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, ONE News esperjenza mill-qrib xi jfisser li tkun uffiċjal mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Bdejna billi lbisna l-uniformi u t-tagħmir protettiv li l-uffiċjali jilbsu kull meta jkunu msejħa biex jassistu f’xi operazzjoni tas-salvataġġ.

Imbagħad tlajna f’waħda mill-vetturi tat-tifi tan-nar fejn fuq wara tal-vettura, ilbisna ċ-ċilindru li jagħti n-nifs lill-ħaddiema li jkunu qed jissieltu man-nirien biex jitfuhom u jsalvaw il-ħajjiet.

Malli nżilna mill-vettura, ilbisna l-maskra tal-ossiġnu u morna ħdejn kontejner li jintuża apposta f’eżerċizzji simili mar-rekluti biex jifhmu l-ambjent f’post li jkun iddominat min-nar. Fih tkebbsu l-fjammi billi tqabbad xi njam u kartun.

Iċ-Chief Assistant Rescue Officer, Anthony Pisani spjegalna dak li konna se nesperjenzaw minn qabel.

ANTHONY PISANI
CHIEF ASSISTANT RESCUE OFFICER

“Illum ħa ndaħħlukom f’kontejner li ġie kkonvertit f’compartment li fih intellgħu t-temperatura u ngħallmu lin-nies tagħna kif jikkontrollaw it-temperatura għax jekk inti jkollok temperatura għolja u allura taqbad tidħol hemm ġew u tiftaħ l-ilma, ftakru li l-ilma 100 degrees isir steam, it-temperatura li jkollok ġo dal-compartment li kapaċi taqbeż it-200 degrees celcius, malli inti tiftaħ l-ilma, ħa tispiċċa tinstamat inti li tkun qiegħed hemm ġew, allura aħna ngħallmu n-nies li jikkontrollaw l-ilma, jużaw l-ilma kif suppost.”

Filwaqt li ħafna jaħsbu li tkun taħdem mal-Protezzjoni Ċivili jfisser li titfi n-nar, is-Sur Pisani spjegalna kemm il-ħidma tal-uffiċjali tmur ferm lil hinn minn hekk.


ANTHONY PISANI
CHIEF ASSISTANT RESCUE OFFICER
“Fuq it-televixin jarawna nitfu n-nar biss, jew jekk ikun hemm xi salvataġġ noħorġu fuqu wkoll, biss nagħmlu ħafna iktar xogħol. Nagħmlu l-abseiling, nies jinqabdu taħt it-terrapien, tafu Malta għaddiet minn ħafna ilma u xita u konna msejħa anki nippumpjaw ilmijiet minn ġo basements, u xi ħaġa li ħadd ma jaf, li ġieli morna intervjenejna fis-silenzju, jekk jaqbad vapur fil-Mediterran, noħorġu fuqu aħna wkoll.”


Biex wieħed jingħaqad ma’ dan id-Dipartiment, irid japplika meta joħorġu s-sejħiet fuq il-gazzetta tal-Gvern.

Dawk eliġibbli biex japplikaw irid ikollhom bejn tmintax u erbgħin sena.

Meta jagħlqu l-applikazzjonijiet, issir għażla bbażata fuq ċertu kriterji.

ANTHONY PISANI
CHIEF ASSISTANT RESCUE OFFICER
“Malli n-nies jintagħżlu, isirilhom medical test biex jaraw li huma fit biex jagħmlu dak ix-xogħol. Ovvjament, mhux tajjeb li tkun għal fireman jekk inti tibża’ mill-għoli għax xogħolna huwa li nitilgħu fil-għoli. Ma tkunx tajjeb jekk tibża’ mid-dlam għax ma jkunx xogħlok. Ma tkunx tajjeb jekk kif titfa’ maskla ma’ wiċċek titwerwer minnha, jiġifieri dawn huma affarijiet li jgħaddu minnhom.”

Ġaladarba jintagħżlu n-nies, jingħata bidu għal reklutaġġ ta’ erba’ xhur li jinkludi taħriġ intensiv.

ANTHONY PISANI
CHIEF ASSISTANT RESCUE OFFICER
“L-iktar ħaġa importanti ovvjament li jkollhom id-dixxiplina għaliex wieħed irid jobdi l-ordnijiet tal-uffiċjal tiegħu għaliex aħna dejjem hemm ħajja jew mewt. Jekk inti tagħmel żball, iċ-ċans huwa li tmut int u toqtol lil sħabek ukoll allura dan it-training jikkonsisti f’dan kollu.”

F’dan il-jum, ONE News jieħu l-opportunità li jirringrazzja lill-uffiċjali kollha fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili tal-ħidma tagħhom, u b’mod speċjali lil dawk li kienu preżenti u assistew f’dan l-eżerċizzju lill-crew tagħna, li tefa’ aktar dawl fuq is-sitwazzjonijiet xejn faċli li jaffaċċjaw dawn l-uffiċjali fuq bażi regolari, u li ħafna drabi, jirriskjaw ħajjithom biex isalvaw tal-oħrajn.

Не удается загрузить Youtube-плеер. Проверьте блокировку Youtube в вашей сети.
Повторяем попытку...
ESPERJENZA MILL-QRIB TAX-XOGĦOL LI JAGĦMLU L-UFFIĊJALI TAS-CPD

Поделиться в:

Доступные форматы для скачивания:

Скачать видео

  • Информация по загрузке:

Скачать аудио

Похожие видео

MINJATURA TA’ KNISJA MINN ŻAGĦŻUGĦ

MINJATURA TA’ KNISJA MINN ŻAGĦŻUGĦ

PASSING OUT PARADE – RECRUITMENT INTAKES 192, 201 & 211

PASSING OUT PARADE – RECRUITMENT INTAKES 192, 201 & 211

Donning a Harness - How to properly put on a safety harness before working at heights.

Donning a Harness - How to properly put on a safety harness before working at heights.

Mal-Pumpiera tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta' Kordin.

Mal-Pumpiera tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta' Kordin.

Warrant of Arrest ug Pagsurrender ni Bong Revilla: Unsay Tinuod nga Storya sa Flood Control Project?

Warrant of Arrest ug Pagsurrender ni Bong Revilla: Unsay Tinuod nga Storya sa Flood Control Project?

Ribcraft 10.5 PRO Wheelhouse - Malta Police Force

Ribcraft 10.5 PRO Wheelhouse - Malta Police Force

JUM TA’ XOGĦOL BĦALL-OĦRAJN GĦALL-MEMBRI TAS-CPD

JUM TA’ XOGĦOL BĦALL-OĦRAJN GĦALL-MEMBRI TAS-CPD

Prioritățile președintei | Dronă cu explozibil | Damir, condamnat | Discuții Ucraina-Rusia-SUA

Prioritățile președintei | Dronă cu explozibil | Damir, condamnat | Discuții Ucraina-Rusia-SUA

What do Malta police do during a roadblock?

What do Malta police do during a roadblock?

Вопрос Донбасса решён? / Войска готовы вступить в бой

Вопрос Донбасса решён? / Войска готовы вступить в бой

"Qam mill-koma fil-ġimgħa tal-Milied.... kien Milied speċjali għalina"

Hydrolift P42 FireFighter in Malta

Hydrolift P42 FireFighter in Malta

JEMMEN LI L-UMORIŻMU U L-ĦIN FLIMKIEN HUMA KRUĊJALI

JEMMEN LI L-UMORIŻMU U L-ĦIN FLIMKIEN HUMA KRUĊJALI

F’LAQGĦA MAL-KOMUNITÀ IRANJANA

F’LAQGĦA MAL-KOMUNITÀ IRANJANA

Fire drill at the Malta-North Mechanical and Biological Treatment Plant.

Fire drill at the Malta-North Mechanical and Biological Treatment Plant.

“MHUX ESPERT” FUQ IL-PROPOSTI TIEGĦU

“MHUX ESPERT” FUQ IL-PROPOSTI TIEGĦU

Bugetul la apărare crește. Испанский стыд la Davos. Lumea se schimbă

Bugetul la apărare crește. Испанский стыд la Davos. Lumea se schimbă

Ukrainos prezidento Zelenskio ir pirmosios ponios Zelenskos pasitikimas prezidentūroje

Ukrainos prezidento Zelenskio ir pirmosios ponios Zelenskos pasitikimas prezidentūroje

"Grazzi Dun Victor ta' kemm għamilt miegħi u ma' familti" - Vince

L-EWWEL TLIET PUMPIERA NISA FIL-PROTEZZJONI ĊIVILI TA’ MALTA

L-EWWEL TLIET PUMPIERA NISA FIL-PROTEZZJONI ĊIVILI TA’ MALTA

© 2025 ycliper. Все права защищены.



  • Контакты
  • О нас
  • Политика конфиденциальности



Контакты для правообладателей: [email protected]