IL-PROVVISTI TAL-KONVOJ TA’ SANTA MARIJA MA KINUX MGĦASSA SEW
Автор: ONE News Malta
Загружено: 2020-08-15
Просмотров: 1582
Описание:
ONE.COM.MT • Bħal-lum tmienja u sebgħin sena, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu deher dieħel l-SS Ohio fil-Port il-Kbir.
Dan il-bastiment, parti mill-Operation Pedestal jew aħjar kif inhu magħruf bħala l-konvoj ta’ Santa Marija, kien ta’ importanza kbira għall-Maltin u l-Ingliżi hekk kif daħħal provvisti ta’ fuel u ikel fl-eqqel tat-tieni gwerra dinjija.
Malta kienet se ċċedi iżda l-kuraġġ ta’ wħud fisser mitqlu deheb.
Fost l-eroj kien hemm Lorenzo Attard, Malti, li ħareġ għonqu biex idaħħal l-Ohio nofsu mgħarraq, fil-Port il-Kbir.
Fis-servizz li jmiss insegwu dettalji wkoll anki dwar il-provvisti u x’ġara ftit wara l-wasla tal-Konvoj.
Is-servizz fuq kitba ta’ Eman Portelli, naraw.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: DYLAN CARUANA / ARKIVJI
Nofsu mgħarraq.
Hekk daħal l-SS Ohio fil-Port il-Kbir, nhar il-ħmistax ta’ Awwissu elf disa’ mija tnejn u erbgħin għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu.
Kien Lorenzo Attard mill-Birgu li ħa r-riskju u daħħal dan il-bastiment fil-Port il-Kbir, li kien qisu bħal manna nieżla mis-sema għal Maltin li kienu assedjati mill-qawwiet tal-Assi.
Dokument li jinsab fl-Arkivji Nazzjonali, miktub mis-Supretendent Pullicino lill-Kummissjarju tal-Pulizija juri kif ma kienx hemm biżżejjed għassiesa armati sabiex jgħassu il-mitt maħżen fejn kien hemm il-provisti tal-ikel u l-fuel li waslU permezz tal-Operation Pedestal jew kif magħrufa aħjar minn ħafna, il-Konvoj ta’ Santa Marija.
It-tieni gwerra dinjija għal Malta fissret faqar u l-biża’ ta’ serq tal-provisti kienet hemm.
Għalhekk dan id-dokument jixhed it-tħassib tal-għassiesa wara li waslu l-provvisti.
Fid-dokument issir talba għal mitt arma tan-nar u sfafar fost oħrajn.
Intant l-istoriku Kevin Gatt jispjega kif din l-operazzjoni kienet magħmula minn erbatax-il bastiment, iżda fil-Port il-Kbir irnexxielhom jidħlu biss ħamsa wara li l-oħrajn inqerdu mill-Assi.
KEVIN GATT
STORIKU
“Tant illi mill-erbatax-il bastiment daħlu biss ħamsa, tlieta minnhom daħlu fit-tlettax t’Awwissu, wieħed li ħa rotta differenti daħal il-ġurnata ta’ wara, jiġifieri fl-erbatax t’Awwissu. Sakemm fil-ħmistax t’Awwissu daħal l-SS Ohio, li kien qed iġorr madwar għaxart’elef tunnellata ta’ fuel illi kelli bżonn l-ajruplani Ingliżi sabiex ikomplu joperaw minn Malta”
F’Santa Marija, Lorenzo Attard ħa r-riskju li jdaħħal dan il-bastiment nofsu mgħarraq fil-Port il-Kbir, wara diversi attakki.
KEVIN GATT
STORIKU
“L-ammiraljat kien iddeċieda li jkun hemm tal-pilot Malti u kien propju wieħed mill-Birgu, ċertu Lorenzo Attard, li dan he volonteered li jdaħħlu huwa, wara li ħadd kważi ma ħa r-riskju, dan ħa r-riskju ħareġ hemm barra u daħħal it-tanker li kien kważi nofsu mgħerreq u b’għaxar t’elef tunnellata fuel, li kien bomba tiffloatja bażikament”
Fl-istess sena, kien hemm żewġ konvojs oħra, dak minn Lixandra f’Marzu u ieħor f’Ġunju minn Lixandra u Ġibiltà.
Dawn ma rawx il-portijiet ta’ Malta u kien dak il-konvoj ta’ bastiment f’Santa Marija, li rnexxielu jidħol f’pajjiżna.
L-istoriċi iqisu li l-konvoj ta’ Santa Marija kien dak l-iżvilupp tal-istorja li dawwar ir-riħ favur Malta fl-eqqel tat-tieni gwerra dinjija.
KEVIN GATT
STORIKU
“Pedestal kienet dak li nsejħulu turning point, meta jidħlu supplies għall-fatt illi fl-aħħar il-forzi tar-Royal Air Force u l-forzi difensivi u offensivi kellhom biżżejjed fuel biex joperaw b’dik iċ-ċertu kumdita.”
Dakinhar tad-dħul tal-konvoj ta’ Santa Marija, il-Maltin marru jsellmu l-bastimenti deħlin fil-Port il-Kbir fl-isfond tal-kant u d-daqq ta’ Rule Britannia.
Malta kienet fit-tarf li ċċedi iżda din il-wasla tal-provvisti fissret speranza, tama u kurraġġ.
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: