ROBERT ABELA BL-AKBAR MANDAT ELETTORALI MILL-INDIPENDENZA
Автор: ONE News Malta
Загружено: 2022-03-27
Просмотров: 2257
Описание:
ONE.COM.MT • Ir-riżultat elettorali ssiġillat ilbieraħ mill-poplu u magħruf illum se jibqa’ mnaqqax fl-istorja ta’ pajjiżna u anki fl-istorja tal-Partit Laburista.
Robert Abela se jsir il-Prim Ministru bl-akbar mandat elettorali mill-Indipendenza ’l hawn.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: ARKIVJI
L-elezzjoni tas-Sibt sitta u għoxrin ta’ Marzu tibqa’ mmarkata fl-istorja tal-elezzjonijiet f’pajjiżna.
Il-Partit Laburista mmexxi mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela kiseb l-akbar rebħa elettorali mill-Indipendenza ’l hawn.
Dan hekk kif id-distakk bejn iż-żewġ partiti huwaa akbar minn dak li nkiseb mill-Partit Laburista fiż-żewġ elezzjonijiet li għaddew.
Robert Abela se jkun l-aktar Prim Ministru ta’ Malta fl-istorja bl-akbar mandat mill-Indipendenza ’l hawn.
Għall-ewwel darba fl-istorja tal-elezzjonijiet f’pajjiżna, partit politiku kiseb il-maġġoranza assoluta tal-voti fi tliet elezzjonijiet konsekuttivi, jiġifieri kiseb il-50% u aktar.
Dan hekk kif il-Partit Laburista rebaħ tliet elezzjonijiet konsekuttivi, jiġifieri fl-2013, l-2017 u l-2022, b’maġġoranzi komdi ħafna.
Qabel ir-riżultat storiku tas-Sibt, kemm il-Partit Laburista u anki l-Partit Nazzjonalista gvernaw fi tliet leġislaturi konsekuttivi iżda mhux b’mandat hekk b’saħħtu.
Din hija l-ewwel darba wkoll fl-istorja tal-Partit Laburista li kiseb il-maġġoranza tal-vot popolari għal tliet elezzjonijiet konsekuttivi.
Dan għamlu din id-darba taħt it-tmexxija ta’ Dr Robert Abela.
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: