TINTEMM EDIZZJONI OĦRA TA’ ŻEJT IŻ-ŻEJTUN
Автор: ONE News Malta
Загружено: 2024-09-29
Просмотров: 1144
Описание:
ONE.COM.MT • Il-Ħadd filgħodu ġiet fi tmiemha l-edizzjoni tal-attività' ta’ din is-sena ta’ Żejt iż-Żejtun li għal darb’oħra kienet ta’ suċċess.
KITBA: ANTON FALZON
FILMAT: JOSEPH MIFSUD
Biswit il-Knisja l-Antika ta’ Santa Katarina magħrufa bħala ta’ San Girgor, l-Ħadd filgħodu għall-okkażjoni ta’ Żejt iż-Żejtun sar it-Tberik tal-Annimali fejn spikkaw it-tradizzjonijiet u l-użanzi ta’ pajjiżna fost oħrajn.
Is-sindku taż-Żejtun, Joan Aguis flimkien mal-Arċiprit taż-Żejtun Monsinjur Anton Galea Scannura, il-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Alicia Buġeja Said ppreżentaw lill-parteċipanti tifkira għall-okkażżjoni.
JOAN AGIUS
SINDKU TAŻ-ŻEJTUN
“Illum qed inkomplu nagħmlu suċċess ieħor, ħafna bhejjem għat-tberik u Ġnien San Girgorg hemm il-wirja tal-mogħoż u nagħaġ, inkomplu nkabbru l-kulturi f’kull lokalità.”
Spikka wkoll it-taħlib tal-mogħoż u n-nagħaġ fejn din is-sena għall-ewwel darba ttelgħet ukoll wirja ta’ annimali indiġeni Maltin li ingħataw diversi premjijiet.
DARYL GRECH
FUNDATUR BREED OF ORIGIN CONSERVENCY
“Illum għandna l-ewwel edizzjoni tal-wirja dedikta speċjalment għall-bhejjem indiġeni Maltin. Għandna l-mogħoż u nagħaġ u servejna ta’ pjattaforma biex nesponu l-wirt Malti.”
Laqtuna dawn il-mudelli ta’ għadd ta’ annimali magħmula bl-idejn minn wieħed mill-esibituri.
CHARLES CARUANA
JAGĦMEL MUDELLI BL-IDEJN
“Skont il-muża tal-persuna. Dan huwa xogħol tal-ġips, maħdum bit-tafal l-ewwel. Iż-żebgħa ttih ċans jinxef u ttih il-kulur.”
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: