ycliper

Популярное

Музыка Кино и Анимация Автомобили Животные Спорт Путешествия Игры Юмор

Интересные видео

2025 Сериалы Трейлеры Новости Как сделать Видеоуроки Diy своими руками

Топ запросов

смотреть а4 schoolboy runaway турецкий сериал смотреть мультфильмы эдисон
Скачать

35 SENA TA’ ESPERJENZI FIL-KORP TAL-PULIZIJA

Автор: ONE News Malta

Загружено: 2021-06-29

Просмотров: 2396

Описание: ONE.COM.MT •
Bħalissa l-Korp tal-Pulizija għaddej b’sejħa għal kull min jixtieq jissieħeb miegħu bħala Kuntistabbli.
Fis-servizz li jmiss niltaqgħu mal-Assistent Kummissarju Stephen Mallia, li b’ħamsa u tletin sena esperjenza fil-Korp jgħidilna t-tlugħ u l-inżul li toffri l-ħajja fis-servizz.

KITBA: TRISCHIA FALZON
FILMAT: DARREN PARNIS

CAPTION FACEBOOK: Il-Korp b’sejħa għal kull min jixtieq jissieħeb bħala Kuntistabbli. L-applikazzjonijiet jagħlqu fid-9 ta’ Lulju.

Beda mid-Dipartiment tal-Liċenzji, għall-Iskwadra Speċjali ta’ Kontra t-Terroriżmu, il-Ħabs ta’ Kordin, it-Taqsima tat-Tifi tan-Nar, is-CID, l-Akkademja u d-Distrett, fost ħafna dipartimenti oħrajn.
Dan huwa, fil-qosor, il-vjaġġ ta’ ħamsa u tletin sena li fforma l-ħajja Polizjeska ta’ Stephen Mallia, li bħal kulħadd fil-Korp beda minn Kuntistabbli u llum huwa Assistent Kummissarju, responsabbli mir-reġjun li jkopri mill-Belt san-naħa t’isfel ta’ Malta.

STEPHEN MALLIA
ASSISTENT KUMMISSARJU
“Fiż-żmien li jiena ngħaqadt mal-Korp tal-Pulizija, la kienu jeżistu mobile phones, ir-rapporti kienu jsiru bil-kitba, illum kollox bil-kompjuter, is-sistemi huma avvanzati għall-aħħar, vetturi, apparat, body cameras, kwalunkwe ħaġa.”

L-Assistent Kummissarju qal b’mod kunfidenti li f’aktar minn tliet deċenji ta’ xogħol fis-servizz, ra l-fiduċja tal-pubbliku fil-Korp tiżdied.

STEPHEN MALLIA
ASSISTENT KUMMISSARJU
“Kull meta noħroġ fit-triq, in-nies ikellmuk, kulħadd isellimlek, hija xi ħaġa vera sabiħa u ta’ sodisfazzjon u naturalment li bħala Pulizija, li persuna tkun f’sitwazzjoni ta’ diffikultà u għandu problema, mhux dejjem inkunu nistgħu nsibulu s-soluzzjoni, però li dawn jirrikorru għand il-Korp huwa ta’ sodisfazzjon u jindika biċ-ċar li l-pubbliku għandu fiduċja kbira fil-Pulizija.”

Is-Sur Mallia qalilna li s-sodisfazzjon fil-Korp jiżboq ferm id-diżappunti, iżda bħal kull xogħol ieħor għandu l-iebes tiegħu.
Qalilna li l-aktar mumenti li nisslulu dieqa kienu dawk meta ltaqa’ mal-mewt, b’mod speċjali meta kellu jwassal l-aħbar kerha lill-qraba.
Tkellem magħna dwar każ partikolari ta’ żagħżugħ li miet b’xokk minn fann li kellu f’idu.

STEPHEN MALLIA
ASSISTENT KUMMISSARJU
“Każ partikolari li bqajt niftakar kien ta’ persuna li kien pjuttost żgħir fl-età, kien barrani dak iż-żmien kont Surġent f’distrett partikolari u dan kien miet b’xokk. Kellu fann kien ġie mill-baħar, kien qed iżomm fann f’idejh u kienet ħalliet daqsxejn effett fuqi dak iż-żmien. Kont għadni ħafna iżgħar ma kellix daqshekk esperjenza u għadni sal-lum ngħid kif sempliċiment xokk vultaġġ, persuna l-ġmiel tiegħu u ġab traġedja kollha voldieri nappella wkoll għalkemm ma nifhimx fl-elettriku li wieħed joqgħod kemm jista’ jkun attent mix-xokkijiet.”

Lill-Assistent Kummissarju tkellimna miegħu hekk kif bħalissa hemm sejħa tal-Korp li qed jilqa’ l-applikazzjonijiet ta’ dawk li jixtiequ jissieħbu bħala Kuntistabbli.
Is-Sur Mallia qalilna li x-xogħol ta’ Pulizija huwa vast. Fi kliemu, “kull filgħodu trodd is-salib, titlaq għax-xogħol u ma tafx x’se ssib ma wiċċek”, imma ddeskrivih bħala xogħol interessanti b’kundizzjonijiet mill-aħjar.

STEPHEN MALLIA
ASSISTENT KUMMISSARJU
“Iktar ma ddur f’postijiet għaliex aħna wara kollox inkunu stazzjonati fejn il-Korp ikollu bżonn skont l-esiġenzi tas-servizz, meta tħares lura inti jkollok dak is-sodisfazzjon biex ngħid hekk, qed iżżejjed is-CV tiegħek, u tgħid dawk il-postijiet fejn kont stazzjonat qabel, dawk l-esperjenzi li akkwistajt minn hemmhekk, għamluni dak li jien illum. Dak kollu jgħinek biex għada pitgħada, bħal ma kien il-każ tiegħi, minn Kuntistabbli ssir Surġent imbagħad tibqa’ tiela’ fl-iskala ssir fizzjal u jekk Alla jrid tasal fl-iktar pożizzjonijiet għoljin.” 31

L-applikazzjonijiet għall-Kuntistabbli mal-Korp jagħlqu fid-disgħa ta’ Lulju li ġej.

Не удается загрузить Youtube-плеер. Проверьте блокировку Youtube в вашей сети.
Повторяем попытку...
35 SENA TA’ ESPERJENZI FIL-KORP TAL-PULIZIJA

Поделиться в:

Доступные форматы для скачивания:

Скачать видео

  • Информация по загрузке:

Скачать аудио

Похожие видео

Il-ħidma tal-isquadra tal-SAG u l-Pulizija f'Paceville.

Il-ħidma tal-isquadra tal-SAG u l-Pulizija f'Paceville.

Pulizija tilef ħajtu mgħarraq,iċ-Ċirkewwa

Pulizija tilef ħajtu mgħarraq,iċ-Ċirkewwa

IĊĊELEBRATA L-ĦAJJA TAL-KANTANTA HELEN MICALLEF

IĊĊELEBRATA L-ĦAJJA TAL-KANTANTA HELEN MICALLEF

“BAQA’ EŻEMPLARI SAL-AĦĦAR MUMENTI”

“BAQA’ EŻEMPLARI SAL-AĦĦAR MUMENTI”

JGĦID LI GĦANDU LAQGĦA IMPORTANTI MA’ AZZOPARDI

JGĦID LI GĦANDU LAQGĦA IMPORTANTI MA’ AZZOPARDI

L-MPU b'tilwima industrijali mal-Korp tal-Pulizija

L-MPU b'tilwima industrijali mal-Korp tal-Pulizija

TINGĦATA L-AĦĦAR TISLIMA LIL DR JOE BRINCAT

TINGĦATA L-AĦĦAR TISLIMA LIL DR JOE BRINCAT

Intervista Jesmond Zerafa Part 1

Intervista Jesmond Zerafa Part 1

PULIZIJA ARMATI JIDĦLU F’APPARTAMENT F’ĦAL SAFI

PULIZIJA ARMATI JIDĦLU F’APPARTAMENT F’ĦAL SAFI

96 UFFIĊJAL ĠDID FIL-KORP TAL-PULIZIJA

96 UFFIĊJAL ĠDID FIL-KORP TAL-PULIZIJA

Прорыв границы / Экстренная переброска военных

Прорыв границы / Экстренная переброска военных

Хиросима: День, когда упало небо | Многоязычный документальный фильм

Хиросима: День, когда упало небо | Многоязычный документальный фильм

Il-Korp programme 10 - Immigration Section

Il-Korp programme 10 - Immigration Section

66 миллионов лет назад: последний день динозавров

66 миллионов лет назад: последний день динозавров

29 spettur ġdid fil-korp tal-pulizija.

29 spettur ġdid fil-korp tal-pulizija.

120 jingħataw il-ġurament bħala kuntistabbli tal-Pulizija

120 jingħataw il-ġurament bħala kuntistabbli tal-Pulizija

L-ISBAĦ PROĠETT LI QATT SAR F’PAJJIŻNA - IL-PM

L-ISBAĦ PROĠETT LI QATT SAR F’PAJJIŻNA - IL-PM

Экстренное решение Минобороны / Отвод войск?

Экстренное решение Минобороны / Отвод войск?

🔥ГАЛКИН ОБРАЩЕНИЕМ по Украине ДОВЕЛ россиян ДО ИСТЕРИКИ! Заявление РВЕТ СЕТЬ. В Москве ХАОС. Лучшее

🔥ГАЛКИН ОБРАЩЕНИЕМ по Украине ДОВЕЛ россиян ДО ИСТЕРИКИ! Заявление РВЕТ СЕТЬ. В Москве ХАОС. Лучшее

Битва при Нисибисе 217 г. Кровавая бойня в Месопотамии

Битва при Нисибисе 217 г. Кровавая бойня в Месопотамии

© 2025 ycliper. Все права защищены.



  • Контакты
  • О нас
  • Политика конфиденциальности



Контакты для правообладателей: [email protected]