ycliper

Популярное

Музыка Кино и Анимация Автомобили Животные Спорт Путешествия Игры Юмор

Интересные видео

2025 Сериалы Трейлеры Новости Как сделать Видеоуроки Diy своими руками

Топ запросов

смотреть а4 schoolboy runaway турецкий сериал смотреть мультфильмы эдисон
Скачать

DELIA JATTAKKA LILL-ESTABLISHMENT GĦAT-TRATTAMENT TIEGĦU

ADRIAN DELIA

EKS KAP TAL-OPPOZIZZJONI

EKS KAP NAZZJONALISTA

EKS KAP TAL-PN

PARTIT NAZZJONALISTA

PN

NAZZJONALISTI

BERNARD GRECH

KAP TAL-PN

KAP TAL-OPPOZIZZJONI

L-ESTABLISHMENT NAZZJONALISTA

Автор: ONE News Malta

Загружено: 2021-10-24

Просмотров: 1778

Описание: ONE.COM.MT • L-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia fetħilha kontra l-establishment tal-Partit Nazzjonalista li sena ilu rnexxielu jqaċċtu minn Kap.

Dan f’intervista mal-gazzetta MaltaToday.

F’intervista fejn spara kemm felaħ lejn dawk li qatt ma aċċettawh fil-Partit, Delia saħansitra jitkellem dwar Bernard Grech u kif dan tpoġġa Kap, possibilment bħala kompromess mal-establishment tal-Partit Nazzjonalista.

KITBA: SAMUEL LUCAS
FILMAT: ARKIVJI

“Il-Partit Nazzjonalista ma ċċaqlaqx ’il quddiem u dak li verament jimporta.”

Dan kien il-kliem li għażel juża l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia waqt intervista li kellu mal-MaltaToday, sena wara li tneħħa minn Kap tal-Partit Nazzjonalista.

F’intervista mimlija botti lejn it-tmexxija attwali tal-establishment li qaċċtitu mit-tmexxija, Adrian Delia kien mistoqsi dwar l-aħħar stħarriġ tal-istess gazzetta li juri kif il-Partit Nazzjonalista mhux jagħmel progress mal-elettorat.

Raġuni ewlenija għaliex huwa nnifsu kien tqaċċat minn Kap.

Adrian Delia b’mod skjett mal-MaltaToday qal li l-Partit ma ċċaqlaqx ’il quddiem u dak li verament jgħodd.

Skont Delia, ir-raġuni wara dan hija l-fatt li sa issa l-Partit Nazzjonalista għadu jħaddan mentalità antika flok ikun umli.

Filwaqt li Delia, bħala kandidat Nazzjonalista qagħad attent li ma jattakkax direttament lil Bernard Grech, huwa aċċenna għat-trattament tiegħu meta kien fit-tmexxija u kif din ġabet magħha skumdità ma’ tal-qalba.

Dan sempliċiment għax skontu ma kienx wieħed mill-uċuħ l-antiki.

B’riżultat ta’ dan, Delia b’referenza għal Bernard Grech, tenna li l-establishment spiċċa għażel xi ħadd minn barra madankollu li huwa aktar aċċettabbli għall-establishment.

Saħansitra jgħid li dan sar wara li possibiltment inħema kompromess bejn Grech u l-establishment.

Hawnhekk Delia kompla jiftħilha fil-konfront tal-establishment tal-Partit Nazzjonalista li ma ħallewhx jaħdem għal terminu sħiħ.

Fil-fatt Delia hawn irrefera għall-partitarji Nazzjonalisti li vvutawlu sabiex imexxi lill-Partit Nazzjonalista.

Fi kliemu stess huwa jiddekrivihom bħala traduti.

Dan hekk kif jgħid li huma ma eleġġewx Kap għal sentejn jew tlieta iżda għal terminu sħiħ u għalhekk illum huma mweġġgħin.

Не удается загрузить Youtube-плеер. Проверьте блокировку Youtube в вашей сети.
Повторяем попытку...
DELIA JATTAKKA LILL-ESTABLISHMENT GĦAT-TRATTAMENT TIEGĦU

Поделиться в:

Доступные форматы для скачивания:

Скачать видео

  • Информация по загрузке:

Скачать аудио

Похожие видео

© 2025 ycliper. Все права защищены.



  • Контакты
  • О нас
  • Политика конфиденциальности



Контакты для правообладателей: [email protected]