IL-PN JIRREPETI F’KAMPANJA LI KONTRA S-SUSSIDJU TAL-ENERĠIJA
Автор: ONE News Malta
Загружено: 2024-05-26
Просмотров: 484
Описание:
ONE.COM.MT • Il-Partit Nazzjonalista kontra s-sussidju għall-enerġija jibqa’ kif inhu mogħti mill-Gvern biex iżomm stabbli l-prezzijiet tal-enerġija għall-familji u n-negozji.
Permezz tal-kandidata Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Louise Ann Pulis, il-partit ta’ Bernard Grech saħaq li s-sussidju fuq id-dawl ma għandux jingħata lil kulħadd, inkluż lill-fabbriki li jħaddmu l-ħaddiema li jaqilgħu l-għajxien tagħhom għall-familji.
LOUISE ANN PULIS
KANDIDATA NAZZJONALISTA
Ġurnalist: “Jiġifieri inti taħseb li s-sussidju ma għandux ikun hemm l-istess għal kulħadd.”
Pulis: “Le.”
Ġurnalist: “Għandu jkun, għal min ma għandux bżonnu ma għandux ikun issusidjat.”
Pulis: “Eżatt.”
Il-Kummissjoni Ewropea wkoll qed tgħid lil Gvern Malti biex iwaqqaf is-sussidju fuq l-enerġija, xi ħaġa li l-Gvern baqa’ sod u jgħid li jrid iżommu favur il-familji u n-negozji biex iżomm ekonomija b’saħħitha li baqgħu jiċċertifikawha b’mod b’saħħtu l-esperti internazzjonali bħal Moody’s fl-aħħar rapport tagħhom.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni wkoll kien tkellem kontra s-sussidju fuq l-elettriku li qed jagħti l-Gvern wara li kien diġà ddikjara li jekk il-prezzijiet jogħlew barra minn Malta, pajjiżna jkun kostrett li jagħmel l-istess għaċ-ċittadini tiegħu.
BERNARD GRECH
KAP TAL-PN
27 TA’ JANNAR 2023
“Li tibqa’ tissussidja l-eneġija żgur li mhijiex l-aktar għażla sostenibbli.”
Louise Ann Pulis, li kienet qed tieħu sehem f’dibattitu fosthom mal-kandidat Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Thomas Bajada, spiċċat anki tħawwad fuq is-sussidju li qed jagħti l-Gvern fuq l-elettriku.
LOUISE ANN PULIS
KANDIDATA NAZZJONALISTA
Pulis: “Aħna qegħdin nitkellmu fuq is-sussidji...”
Ġurnalist: “Is-sussidji tal-enerġija li qed jagħmel il-Gvern.”
Pulis: “Ħa naraw, l-ewwelnett dawn is-sussidji bdew fi żmien il-Covid għaliex?... Le le le, mhux minħabba l-Covid?”
Bajada: “Minħabba l-gwerra.”
Ġurnalist: “Le, le issa bdew dan is-sussidju li qed jagħti l-Gvern, is-600 miljun fis-sena li qed jagħti blanket subsidy, jiġifieri l-Gvern qed joħroġ sussidju biex id-dawl u l-ilma ma jogħlewx.”
Fl-istess programm fuq ix-xandir, Pulis ma eskludietx koalizzjoni oħra, din id-darba ma’ Arnold Cassola.
LOUISE ANN PULIS
KANDIDATA NAZZJONALISTA
Ġurnalist: “Taħseb li wasal iż-żmien li l-Partit Nazzjonalista ifittex li jagħmel xi forma ta’ koalizzjoni politika, sejħilha li trid, ma’ nies ma’ Arnold?”
Pulis: “Ara l-Partit Nazzjonalista dejjem kien miftuħ.”
Koalizzjoni oħra għall-Partit Nazzjonalista tfakkar lin-nies f’dik li kien għamel Simon Busuttil meta baqgħet imlaqqma bħala l-koalizzjoni tal-konfużjoni.
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: