ycliper

Популярное

Музыка Кино и Анимация Автомобили Животные Спорт Путешествия Игры Юмор

Интересные видео

2025 Сериалы Трейлеры Новости Как сделать Видеоуроки Diy своими руками

Топ запросов

смотреть а4 schoolboy runaway турецкий сериал смотреть мультфильмы эдисон
Скачать

SE JMORRU GĦAND IL-PRESIDENT B’ISEM GĦALL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI

Автор: ONE News Malta

Загружено: 2020-07-08

Просмотров: 6829

Описание: ONE.COM.MT •Fis-satra tal-lejl, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ġie sfiduċjat minn dsatax-il deputat fil-grupp parlamentari f’mozzjoni li preżenta Chris Said u sekondata minn Therese Comodini Cachia.

Adrian Delia indirizza konferenza tal-aħbarijiet u qal li hu se jibqa jmexxi l-Partit Nazzjonalista.

Intant fl-aħħar sigħat komplew jiżviluppaw l-affarijiet b’rabta mal-aħħar kriżi akuta fil-Partit Nazzjonalista.

Ftit tal-ħin ilu stqarrija ffirmata minn Chris Said, li ressaq il-mozzjoni ta’ sfiduċja u Therese Comodini Cachia li ssekondata f’isem dsatax-il deputat sar appell biex Adrian Delia jwarrab bil-kwiet.

Qalu l-vot tal-bieraħ kien għażla diffiċli.

Talbuh iservi f’irwol differenti fl-Oppożizzjoni.

Favorit għal kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni hemm Claudio Grech u nifhmu li d-deputati Nazzjonalisti li sfiduċjaw lil Delia se jkunu qed imorru għand il-President ta’ Malta biex jagħrfuh li hemm deputat ġdid li jgawdi l-fiduċja tal-maġġoranza tal-membri fuq il-bank tal-Oppożizzjoni.

KITBA EDWARD MONTEBELLO
FILMAT CHRIST BORG

Fi stqarrija ffirmata mid-deputat Nazzjonalista Chris Said u d-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia, li ressqu l-mozzjoni ta’ sfiduċja f’Adrian Delia, sar tentattiv ieħor biex Adrian Delia jitlaq bil-kwiet.

L-istqarrija li ma ssemmi l-ebda isem flok Delia biex ikun Kap tal-Oppożizzjoni jingħad li l-Partit Nazzjonalista jixraqlu ċ-ċans li jerġa’ jikseb il-fiduċja tan-nies u jsir gvern alternattiv.

L-istqarrija tirrappreżenta lid-dsatax-il deputat li b’vot sigriet sfiduċjaw lil Adrian Delia tgħid li f’dawn l-aħħar xhur inżammu ħafna laqgħat tal-grupp parlamentari f’liema l-grupp ġie indikat t-tħassib tiegħu.

Adrian Delia ripetutament ġie mistieden sabiex ikompli jipparteċipa u jikkontribwixxi fl-Oppożizzjoni f’irwol differenti.

L-istqarrija appellat lil Adrian Delia, sabiex f’dawn iċ-ċirkostanzi mwegħra, iqiegħed lil partit u l-interessi tal-pajjiż l-ewwel.

Intant hekk kif kien ħiereġ mill-Parlament l-Erbgħa filgħaxija, Chris Said qal li mhux interessat li jidħol għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni

Said żied jgħid li fil-mument opportun ser ikunu qed imorru għand il-President ta’ Malta George Vella.

Dan l-istess messaġġ għaddih id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi filwaqt li ma riedx jgħid min hu dak propost għall-Kap tal-Oppożizzjoni.

Skont artiklu disgħin tal-Kostituzzjoni, il-President ta’ Malta għandu s-setgħa li jneħħi Kap tal-Oppożizzjoni u jaħtar ieħor jekk jidhirlu li deputat fil-kamp tal-Oppożizzjoni għandu s-saħħa numerika ta’ fiduċja fuq deputat ieħor fost il-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni.

Aktar kmieni llum ONE News irraporta li fost id-deputati li sfiduċjaw lil Delia għaddejja ġirja kontra l-ħin biex ikun hemm il-persuna li tidħol flok Adrian Delia fil-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.

Dan għaliex il-Parlament dalwaqt jaġġorna għall-btajjel tas-sajf u b’hekk Delia jista’ jibqa’ Kap tal-Oppożizzjoni almenu sakemm il-Parlament jerġa’ jibda jiltaqa’ wara s-sajf.

Diversi rapporti qed isemmu lil Claudio Grech bħala l-favorit li jkun Kap tal-Oppożizzjoni flok Adrian Delia.

Ilbieraħ il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li ser ikun qed jibqa’ Kap tal-Oppożizzjoni anki jekk tilef vot ta’ fiduċja u aċċenna li d-deputati ma ressqu l-ebda isem floku.

ONE News għandu informazzjoni li dawn id-deputati se jmorru b’isem li huma għandhom fiduċja fih biex isir Kap tal-Oppożizzjoni.

Is-sorsi tagħna qalu li l-pjan huwa li lil Delia jaqtgħulu rasu u jneħħulu l-kariga kostituzzjonali li għandu u b’hekk anki jitlef mill-viżibilità li jkollu fix-xena politika hekk kif jibqa’ biss Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Il-ħsieb huwa li fil-Parlament u anki f’dibattiti ta’ portata nazzjonali u parlamentari, Delia ma jkollux saħħa hekk kif id-diskussjoni tilħaq l-ogħla livelli bejn Prim Ministru u Kap tal-Oppożizzjoni.

Adrian Delia wera biċ-ċar li mhux se jitlaq minn Kap tal-partit u qal li se jibqa’ Kap tal-Oppożizzjoni għaliex id-deputati li sfiduċjawh ma tawx isem min jidħol floku fil-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.

Osservaturi politiċi li tkellmu ma’ dan l-istazzjon qalu li dan huwa xenarju politiku ġdid f’Malta fejn se jkollok sitwazzjoni ta’ Gvern u Oppożizzjoni maqsuma f’ħafna biċċiet.

Dan hekk kif se jkollok Oppożizzjoni magħmula minn 19-il deputat u oħra ftit iżgħar bi 11-il deputat immexxija minn Adrian Delia.

Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia, iż-żewġ deputati tal-Partit Demokratiku li fl-aħħar elezzjoni ġenerali ħadu siġġu bis-saħħa tal-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Simon Busuttil, f’koalizzjoni mlaqqma dik tal-konfużjoni, mistennija wkoll jagħtu l-appoġġ lill-grupp ta’ Oppożizzjoni ta’ kontra Delia.

L-istess osservaturi kkummentaw li issa l-fazzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista kibru fejn għandek qasma aktar evidenti u fil-beraħ ta’ Partit Nazzjonalista mmexxi minn Adrian Delia u Partit Nazzjonalista defacto li jkun mmexxi minn Kap tal-Oppożizzjoni li tagħżel il-maġġoranza tad-deputati fl-Oppożizzjoni.

Не удается загрузить Youtube-плеер. Проверьте блокировку Youtube в вашей сети.
Повторяем попытку...
SE JMORRU GĦAND IL-PRESIDENT B’ISEM GĦALL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI

Поделиться в:

Доступные форматы для скачивания:

Скачать видео

  • Информация по загрузке:

Скачать аудио

Похожие видео

13 наурыз 2026 жыл - 17:00 жаңалықтар топтамасы

13 наурыз 2026 жыл - 17:00 жаңалықтар топтамасы

JGĦID LI D-DEJN TAL-PN SPIN OĦRA

JGĦID LI D-DEJN TAL-PN SPIN OĦRA

Experți de la Chișinău: România a ajutat Ucraina mai mult decât a vorbit despre asta • RFI

Experți de la Chișinău: România a ajutat Ucraina mai mult decât a vorbit despre asta • RFI

VASSALLO JISFIDA LIL MANUEL DELIA BIEX JGĦID MIN QED IĦALLSU

VASSALLO JISFIDA LIL MANUEL DELIA BIEX JGĦID MIN QED IĦALLSU

🔴 Цього не покажуть по ТБ! Головні новини - ТЕЛЕКАНАЛ ПРЯМИЙ

🔴 Цього не покажуть по ТБ! Головні новини - ТЕЛЕКАНАЛ ПРЯМИЙ

Иран дрондары Қазақстан мұнайына дейін жетуі мүмкін бе? | EL ДАУЫСЫ

Иран дрондары Қазақстан мұнайына дейін жетуі мүмкін бе? | EL ДАУЫСЫ

Трамп сдает козыри Путину. Грозев о секретных убийцах Кремля. Москва без интернета

Трамп сдает козыри Путину. Грозев о секретных убийцах Кремля. Москва без интернета

Қытайлықтар Астананың төрінде дәрет сындырды. Бұл қазақты басынғаны ма? I Құлыбаевтар

Қытайлықтар Астананың төрінде дәрет сындырды. Бұл қазақты басынғаны ма? I Құлыбаевтар

Cap la Cap: Ce fel de președinte este Nicușor Dan?

Cap la Cap: Ce fel de președinte este Nicușor Dan?

€26.6M F’BENEFIĊĊJI FI TMIEM IL-ĠIMGĦA

€26.6M F’BENEFIĊĊJI FI TMIEM IL-ĠIMGĦA

Создаются новые воинские части Беларуси. В Минске сгорело авто. Лукашенко про сделку с США. Новости

Создаются новые воинские части Беларуси. В Минске сгорело авто. Лукашенко про сделку с США. Новости

Pink Floyd -

Pink Floyd - " DSOT / Pulse

Владимир Пастухов* и Алексей Венедиктов*. Пастуховские четверги / 12.03.26

Владимир Пастухов* и Алексей Венедиктов*. Пастуховские четверги / 12.03.26

L-IŻVILUPPI ĠEOPOLITIĊI DISKUSSI MILL-PL

L-IŻVILUPPI ĠEOPOLITIĊI DISKUSSI MILL-PL

Sociālās drošības eksperts Pēteris Leiškalns | Brīvais mikrofons

Sociālās drošības eksperts Pēteris Leiškalns | Brīvais mikrofons

MARISA D’AMATO B’UNUR FL-IRLANDA

MARISA D’AMATO B’UNUR FL-IRLANDA

MANUEL DELIA JGĦID LIL MIN JAPPOĠĠJA LILL-PL PEASANT U IDJOTA

MANUEL DELIA JGĦID LIL MIN JAPPOĠĠJA LILL-PL PEASANT U IDJOTA

"L-isbaħ rigal li stajt nagħtiha lil ommi li tarani bilgħaqal" - Aiden

IL-PRESIDENT ŻŻUR IL-FAĊILITÀ TA’ KORDIN

IL-PRESIDENT ŻŻUR IL-FAĊILITÀ TA’ KORDIN

PROĠETT F’BINJA ANTIKA RINOVATA FIL-BIRGU

PROĠETT F’BINJA ANTIKA RINOVATA FIL-BIRGU

© 2025 ycliper. Все права защищены.



  • Контакты
  • О нас
  • Политика конфиденциальности



Контакты для правообладателей: [email protected]