Djun - Nuċċali Roża
Автор: Djun MT
Загружено: 2025-12-08
Просмотров: 508
Описание:
Mużika - Djun
Lirika - Charles Cassar
Kant - Justin Galea
Bass - Charles Cassar
Kitarra - Ryen Refalo
Keyboards - Paul Torpiano
Drums - Nil Ramos
© Djun
FB: ww.facebook.com/djunband/
IG: www.instagram.com/djunband/
Lirika:
Kont tilbes nuċċali roża
Biex tara d-dinja aħjar
Konna naħarbu mill-iskola
Waqt il-brejk ta’ nofsinhar
Fil-ġnien tal-ferrovija
Il-ħin jgħaddi malajr wisq
Selliftlek il-ġakketta
Għax fix-xitwa malajr jaqa’ l-frisk
Nistenna s-sitta biex inċempel
Xħin tirrispondi nibda ntemtem
Ċempilt biex ngħidlek illi nħobbok
L-imħabba ma tafx fejn se ġġorrok
Ħudni ’l bogħod miegħek
Ix-xefaq mhux imbiegħed
Nuċċali roża
Biex nerġa’ ngħix iż-żmien
Li forsi qatt ma kien
Kont tilbes nuċċali roża
Għax fid-dinja hemm biżżejjed griż
Jgħidu d-destin għandu pjan għal kollox
Imma magħna ma tantx kien preċiż
Kultant minn sena għall-oħra
Id-distanzi jkunu kbar wisq
Fil-ġnien sibt ruħi waħdi
U donnu beda jaqa’ l-frisk
Fuq in-Nokia l-messaġġi
Iħabbtu qishom l-ingranaġġi
Ta’ qalbi illi qed tinkiser
Kull ħolma jeħtieg li tintrifes
Nipprova nżomm miegħek
Ix-xefaq qed jitbiegħed
Nuċċali roża
Biex nerġa’ ngħix iż-żmien
Li forsi qatt ma kien
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: