ycliper

Популярное

Музыка Кино и Анимация Автомобили Животные Спорт Путешествия Игры Юмор

Интересные видео

2025 Сериалы Трейлеры Новости Как сделать Видеоуроки Diy своими руками

Топ запросов

смотреть а4 schoolboy runaway турецкий сериал смотреть мультфильмы эдисон
Скачать

20 VETTURA F’SIEGĦA MĦARRKA FUQ VELOĊITÀ EĊĊESSIVA

Автор: ONE News Malta

Загружено: 2020-04-19

Просмотров: 7245

Описание: ONE.COM.MT • Hekk kif it-toroq Maltin ikkwietaw xi ftit minħabba l-appelli sabiex wieħed jibqa’ d-dar, uħud minn dawk li joħorġu speċjalment il-Ħadd filgħodu b’xi karozza jew mutur qegħdin ikunu mħarrka fuq veloċità eċċessiva.
Dan hekk kif il-Pulizija tat-traffiku qed twettaq diversi operazzjonijiet f’toroq u arterji prinċipali, fejn permezz tal-ispeed gun tassigura li r-regoli tas-sewqan jiġu mħarsa.
Il-kollega Simeon Nechev flimkien mal-camera person Alex Borg sebħu mal-pulizija jsegwu mill-qrib din l-operazzjoni ta’ infurzar fejn fost l-oħrajn inqabad xufier b’karozza, għaddej bi qrib il-mija u ħamsin kilometru fis-siegħa.

KITBA: SIMEON NECHEV
FILMAT: ALEX BORG

OVERSPEEDING
Waqqafnik għax fil-bypass hawn fuq kont għaddej overspeeding. Il-limit huwa 80 kph u inti kont għaddej 115kph. Għandna l-filmat tiegħek bil-kamera tagħna.
Dan kien wieħed minn diversi sewwieqa li fl-għodwa tal-Ħadd kien imħarrek mill-Pulizija għaliex kien qed isuq b’veloċità eċċessiva fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar.

Crew ta’ ONE News sebaħ mal-pulizija li wettqet wieħed minn diversi operazzjonijiet madwar il-pajjiż, fil-jum li tradizzjonalment wieħed joħroġ idur dawra bil-karozza jew bil-mutur.
L-operazzjoni tmexxiet mill-Ispettur Nicholas Vella mit-taqsima tat-traffiku tal-Korp tal-Pulizija, li saħaq li dawn il-kontrolli jsiru biex l-abbuż li jsir jiġi mrażżan.

SPETTUR NICHOLAS VELLA
MIT-TAQSIMA TAT-TRAFFIKU
“Qed nagħmlu dan l-eżercizzju speċjalment il-Ħadd filgħodu u anka f’ġranet oħra biex nikkontrollaw dan l-eċċess li qed isir. Aħna f’dan l-eċċess li qed isir nużaw speed cameras handheld biex inkunu nistgħu inkunu mobile u nduru f’diversi postijiet fit-toroq ta’ Malta.”
F’każ partikolari l-Ħadd li għadda, sewwieq inqabad isuq iktar mid-doppju tal-limitù tal-veloċità ta’ tmenin kilometru fis-siegħa f’din il-bypass, meta inqabad mill-ispeed gun b’veloċità ta’ mija u ħamsa u tmenin kilometru fis-siegħa.
Ġimgħa wara, kien hemm min ittanta xortih li jlaħħaq miegħu.

STANDUPPER
Minkejja l-appelli tal-Awtoritajiet u l-preżenza iktar b’saħħitha tal-Pulizija, xorta kien hemm min abbuża. Fost oħrajn dalgħodu l-Pulizija waqqfet vettura li fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar kienet qed tagħmel veloċità ta’ iktar minn 145 kilometru fis-siegħa.

“Honda Accord aħmar 146”
146 KM/H
“Fil-bypass kont għaddej 146 kilometres per hour inti. Għandna l-ispeed camera hemm fuq, suppost maximum tmenin. Eighty. Inti kont għaddej 146, orrajt? Ħa nħarrkuk fuq hekk.”
Fil-fatt fi ftit iktar minn siegħa, il-Pulizija waqqfet madwar għoxrin karozza, il-maġġoranza minħabba li nqabeż il-limitu tal-veloċità fit-triq.
Marbuta ma’ din il-kontravenzjoni hemm tnaqqis ta’ tliet punti u multa ta’ ħamsa u tletin ewro meta wieħed ikun għaddej sa ħmistax il-kilometru iżjed minn dak massimu. Min jaqbeż iktar minn ħmistax-il kilometru fuq il-limitu jiġi mmultat ħamsa u sebgħin ewro.
Intant il-Pulizija tkun ukoll għajnejha miftuħin għal kontravenzjonijiet oħra.

SPETTUR NICHOLAS VELLA
MIT-TAQSIMA TAT-TRAFFIKU
“Waqqafna vetturi li ma kellhomx number plates, ma kinux liebsin seatbelt, tinted glass u infringements oħra ta’ regolamenti ta’ traffiku.”
L-Ispettur innota li dan l-abbuż fil-veloċità jidher li huwa dovut għas-sitwazzjoni kawża tal-imxija tal-Coronavirus, li qed tħalli t-toroq ftit iktar kwieti mis-soltu.
Madanakollu, ħidmet il-Pulizija ma taqta’ xejn, fejn bil-multa jew taħrika li jagħtu llum taf issalva l-ħajja ta’ persuna milli tmut f’xi inċident tat-traffiku.

Не удается загрузить Youtube-плеер. Проверьте блокировку Youtube в вашей сети.
Повторяем попытку...
20 VETTURA F’SIEGĦA MĦARRKA FUQ VELOĊITÀ EĊĊESSIVA

Поделиться в:

Доступные форматы для скачивания:

Скачать видео

  • Информация по загрузке:

Скачать аудио

Похожие видео

JIXHED IS-SIEĦEB FIN-NEGOZJU MA’ YORGEN FENECH

JIXHED IS-SIEĦEB FIN-NEGOZJU MA’ YORGEN FENECH

SOLVUTI KOLLHA L-KAŻI TAL-OMIĊIDJI TA’ DIN IS-SENA

SOLVUTI KOLLHA L-KAŻI TAL-OMIĊIDJI TA’ DIN IS-SENA

⚡️СРОЧНО! Рубио ПУБЛИЧНО ОБРАТИЛСЯ ко всем! ПЕРВАЯ РЕАКЦИЯ на ЗАДЕРЖАНИЕ МАДУРО уже повсюду

⚡️СРОЧНО! Рубио ПУБЛИЧНО ОБРАТИЛСЯ ко всем! ПЕРВАЯ РЕАКЦИЯ на ЗАДЕРЖАНИЕ МАДУРО уже повсюду

⚡️США, срочный СЛИВ! Такого ПОВОРОТА ТРАМП не ждал: ЭТО СЛУЧИЛОСЬ СРАЗУ после захвата Мадуро. РАШКИН

⚡️США, срочный СЛИВ! Такого ПОВОРОТА ТРАМП не ждал: ЭТО СЛУЧИЛОСЬ СРАЗУ после захвата Мадуро. РАШКИН

Były szef agencji wywiadu o zatrzymaniu Nicolasa Maduro  || płk Piotr Krawczyk - didaskalia#167

Były szef agencji wywiadu o zatrzymaniu Nicolasa Maduro || płk Piotr Krawczyk - didaskalia#167

Nawrocki

Nawrocki "terroryzuje" i "bierze zakładników". Lewica grzmi, Pałac chce spotkań

MISSIER U IBEN F’AĊĊIDENT F’ĦAL QORMI

MISSIER U IBEN F’AĊĊIDENT F’ĦAL QORMI

PIĘKNY GOL ZIELIŃSKIEGO, FORMA MUTANT POLAKA I CAŁEGO INTERU

PIĘKNY GOL ZIELIŃSKIEGO, FORMA MUTANT POLAKA I CAŁEGO INTERU

А так можно было?

А так можно было?

⚡️ Венесуэльский фактор: как СМЕНА РЕЖИМА повлияет на экономику РФ

⚡️ Венесуэльский фактор: как СМЕНА РЕЖИМА повлияет на экономику РФ

Basic Dental Terminology - UPDATED

Basic Dental Terminology - UPDATED

KAMPANJA MINN TA’ REPUBBLIKA KONTRA L-ĠUDIKATURA

KAMPANJA MINN TA’ REPUBBLIKA KONTRA L-ĠUDIKATURA

⚡️НАКИ: ПАДЕНИЕ РЕЖИМА МАДУРО. Молниеносная ОПЕРАЦИЯ ТРАМПА! США РАСКРЫЛИ ТАЙНУ похищения

⚡️НАКИ: ПАДЕНИЕ РЕЖИМА МАДУРО. Молниеносная ОПЕРАЦИЯ ТРАМПА! США РАСКРЫЛИ ТАЙНУ похищения

Il-Korp programme 3 - Dog Section

Il-Korp programme 3 - Dog Section

IL-PM B’VIŻJONI GĦALL-FUTUR TA’ PAJJIŻNA

IL-PM B’VIŻJONI GĦALL-FUTUR TA’ PAJJIŻNA

Почему средневековое железо никогда не ржавело, а ваше умирает через 2 года

Почему средневековое железо никогда не ржавело, а ваше умирает через 2 года

Зачем добавлять этот диод параллельно обмотке реле? Вот для чего он нужен!

Зачем добавлять этот диод параллельно обмотке реле? Вот для чего он нужен!

WENEZUELA PAŃSTWO UPADŁE. BIEDA, ROPA I WENEZUELSKI ESCOBAR

WENEZUELA PAŃSTWO UPADŁE. BIEDA, ROPA I WENEZUELSKI ESCOBAR

🔥АУСЛЕНДЕР: тягостная война Израиля с Ираном💥Побоище в Украине: кто имеет превосходство?

🔥АУСЛЕНДЕР: тягостная война Израиля с Ираном💥Побоище в Украине: кто имеет превосходство?

СВО made in USA: что операция США в Венесуэле значит для России и мира

СВО made in USA: что операция США в Венесуэле значит для России и мира

© 2025 ycliper. Все права защищены.



  • Контакты
  • О нас
  • Политика конфиденциальности



Контакты для правообладателей: [email protected]