IL-PROTEZZJONI ĊIVILI B’INVESTIMENT FUQ L-ART U L-BAĦAR
Автор: ONE News Malta
Загружено: 2021-01-27
Просмотров: 776
Описание:
ONE.COM.MT • Investiment ta’ miljun ewro qed jgħammar lill-Protezzjoni Ċivili b’opra ġdida tal-baħar li ser tħaffef is-salvataġġ fuq il-baħar u vettura li ser tagħmel ix-xogħol tal-ħaddiema tad-dipartiment wieħed iżjed sigur.
Dan l-investiment ġie imniedi mill-Prim Ministru Robert Abela akkumpanjat mill-Ministru Byron Camilleri.
KITBA: COLIN DEGUARA
FILMAT: OPM
B’investiment ta’ miljun ewro minn fondi kapitali, il-Protezzjoni Ċivili issa hija mgħammra b’dinghy li jintuża f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ fuq il-baħar u vettura mgħammra bl-aħħar teknoloġija. Dan l-investiment kien imniedi mill-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.
Il-Prim Ministru Robert Abela spjega kif permezz ta’ fond nazzjonali l-Gvern qed juri l-impenn tiegħu sabiex jinvesti kemm jiflaħ fis-sigurtà tal-pajjiż.
Id-direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Emmanuel Psaila stqarr kif l-opra tal-barra ser tkun qed tagħmilha iżjed possibli li l-ħaddiema tas-salvataġġ jilħqu persuna li tkun fil-periklu iżjed malajr. Dan filwaqt li l-vettura tat-tip ‘Scorpion truck’ ser tkun qed tħaffef ix-xogħol għall-ħaddiema tad-dipartiment.
EMMANUEL PSAILA
DIRETTUR TAD-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI
“Qiegħdin insaħħu u nissalvagwardjaw is-saħħa tal-ħaddiema tagħna, dan għaliex il-makkinarju li għandha din il-vettura, tista’ tippenetra ġewwa fabbrika, ġewwa garaxx, mingħajr ma titfa’ lin-nies tagħna stess fil-periklu u tkun qiegħed tbaxxi it-temperatura qabel in-nies tagħna jibdew jaħdmu.”
Il-Ministru Byron Camilleri spjega kif dan huwa investiment ieħor qawwi fid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wara investiment ieħor ta’ miljun ewro li sar f’Settembru li għadda.
BYRON CAMILLERI
MINISTRU
“L-għan tiegħu huwa li l-protezzjoni ċivili tkompli toffri protezzjoni lill-poplu Malti u Għawdxi. Bħala Gvern kommessi illi nkomplu nagħmlu investiment bla preċedent fil-forzi dixxiplinati tagħna.”
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: