LEJL MAL-PULIZIJA TAR-RAPID INTERVENTION UNIT
Автор: ONE News Malta
Загружено: 2021-09-26
Просмотров: 8227
Описание:
ONE.COM.MT • Sigħat twal, rondi kontinwi, spezzjonijiet u xi daqqiet anke inkwiet.
Huwa dak li uffiċjali tal-Rapid Intervention Unit ta’ kuljum jaffaċċjaw huma u jwettqu xogħlhom.
Konxju ta’ dan, crew ta’ ONE News qatta’ lejl mal-uffiċjali tal-RIU sabiex isegwi l-andament ta’ xogħlhom. Morna magħhom fuq rondi, spezzjonijiet, sejħiet għall-għajnuna u anke roadblocks.
KITBA: SAMUEL LUCAS
FILMAT: CHRIST BORG
Ta’ spiss wara xi ikla tajba filgħaxija f’xi ristorant, jew wara lejl mal-ħbieb, fit-triq lura lejn id-dar, nilmħu karozza tal-Pulizija tgħasses it-toroq Maltin fis-skiet tal-lejl.
Saħansitra ġieli nduru kantuniera u ma wiċċna nsibu roadblock tal-pulizija sabiex jaraw li kulħadd ikun qed jobdi r-regoli u jkun konformi mal-liġi.
Dan kollu ma jkunx possibbli mingħajr il-ħidma tat-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit fil-Korp tal-Pulizija.
Crew ta’ ONE News il-Ġimgħa filgħaxija qatta’ lejl ma’ Shift Ċ ta’ din it-taqsima sabiex isegwi l-andament tax-xogħol fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.
Kollox beda minn ta’ Kandja li sservi bħala bażi għat-Taqsima tal-RIU. Minn hemm l-uffiċjali jibdew ix-shift tagħhom ta’ filgħaxija billi jibdew iduru t-toroq Maltin.
Kull vettura b’żewġ uffiċjali ġo fiha tkun assenjata żona partikolari sabiex b’hekk il-vetturi kollha mal-lejl ikopru ż-żoni kollha madwar Malta.
Għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija, wara ħin sostanzjali nduru mal-uffiċjali fiż-żona ta’ Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ, tidħol sejħa għall-assistenza f’Ta’ Qali.
Wara ftit minuti l-uffiċjali jaslu fuq il-post u jsibu tim ieħor ta’ Pulizija li waqqaf żagħżugħ b’karozza li allegatament ġie rrappurtat jsuq perikoluż fiż-żona.
Hemmhekk il-Pulizija bil-kalma waqfu ż-żagħżugħ u wara xi ħin ikellmuh, qalulu li se jkunu qed iħarkuh fuq sewqan perikoluż.
Il-ħidma kompliet u kien imiss li numru ta’ karozzi tal-RIU jiltaqgħu fi Triq il-Kosta sabiex hemmhekk iwettqu roadblock
“Ir-roadblocks huma parti essenzjali mill-ħidma tal-uffiċjali tal-RIU matul il-lejl. Għalkemm dan jista’ jkun ta’ inkonvenjent għal ħafna sewwieq li jinzertawhom, l-għan aħħari tagħhom mhuwiex biss li l-uffiċjali tal-Pulizija jaċċertaw ruħhom li s-sewwieqa jkollhom id-dokumentazzjoni meħtieġa, iżda wkoll li jaraw li kulħadd ikun qed isuq b’mod sigur sabiex jiġu evitati inċidenti anke fatali.”
Waqt ir-roadblock li wettqu l-uffiċjali tal-RIU b’komunikattiva eċċellenti bdew jitolbu l-liċenzja u l-polza tal-assigurazzjoni ta’ kull sewwieq jew sewwieqa li waqfu.
Il-biċċa l-kbir minnhom għaddew mingħajr problemi madankollu tul l-ispezzjonijiet inqabdu wkoll sewwieqa li ma kellhomx liċenzja valida jew saħansitra lanqas polza tal-assigurazzjoni.
F’każ partikolari wara li l-uffiċjali iċċekjaw għal darba darbtejn id-dokumentazzjoni kellhom jgħidu sewwieq jieqaf isuq u jħarrkuh.
“Zero mic jiġifieri l-persuna m’għandux Delta Lima hux hekk?”
“Probation Driving License sat-2020 kienet għax għandu r-restrictions ukoll. Ħabba l-punti tilifha.”
“Jiġifieri ma jistax isuq hux hekk nikkonfermaw.”
“Nikkonferma”
“Sorry Sir they informed me that you are not allowed to drive. I checked with Transport Malta. It is not valid.”
Din mhux l-unika darba li twaqqfet vettura milli tkompli tinstaq sakemm aħna konna qed insegwu mill-qrib ħidmet il-pulizija. F’każ separat twaqqfet vettura li kienet qed tinstaq mingħajr ma kienet liċenzjata biex tinstaq fit-toroq Maltin.
B’hekk din kellha tinġibed.
Wara li mill-istess roadblock għaddew mal-mitejn karozza, kien imiss li nerġgħu nirkbu ġol-karozzi l-ġodda tal-Uffiċjali u li ġew inawgurati ftit tal-ġimgħat ilu biex nerħulha lejn San Ġiljan.
Hemmhekk l-uffiċjali daru mal-pubbliku sabiex jaċċertaw li kull ma kienx liebes maskra kellu fuqu ċ-ċertifikat tal-vaċċin kif jistipulaw il-miżuri fis-seħħ bħalissa.
Għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu l-uffiċjali komplew bir-rondi tagħhom sabiex ikomplu bir-rondi fiż-żoni assenjati lilhom sa tmiem ix-shift
Hekk kif spiċċajna mill-ħidma tagħna apprezzajna bil-wisq aktar il-ħidma ta’ dawn l-uffiċjali li l-għan aħħari tagħhom huwa li aħna lkoll inkunu siguri fit-toroq.
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: