ycliper

Популярное

Музыка Кино и Анимация Автомобили Животные Спорт Путешествия Игры Юмор

Интересные видео

2025 Сериалы Трейлеры Новости Как сделать Видеоуроки Diy своими руками

Топ запросов

смотреть а4 schoolboy runaway турецкий сериал смотреть мультфильмы эдисон
Скачать

TA’ REPUBBLIKA JIFIRĦU BIR-RIŻENJI TA’ DELIA MILL-PN

Автор: ONE News Malta

Загружено: 2022-01-28

Просмотров: 3507

Описание: ONE.COM.MT • KITBA EDWARD MONTEBELLO
FILMAT ARKIVJI

Tal-għaqda Repubblika ħarġu juru s-sodisfazzjon tagħhom għar-riżenja t’André Grech minn Kunsillier Nazzjonalista u mill-Partit Nazzjonalista.

Permezz ta’ Michael Zammit Maempel, wieħed li jitkellem fl-attivitajiet ta’ Repubblika, l-għaqda mmexxija minn ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina ħarġet tifraħ għax alleat ta’ Delia telaq mill-Partit Nazzjonalista.

“Good riddance”, kiteb ta’ Repubblika għal Kunsillier, issa indipendenti fuq Ħal Balzan.

“Għalaq il-bieb warajk u ara tazzarda tiġi lura”, żied jgħid ta’ Repubblika lil dak li baqa’ dejjem wara Adrian Delia.

Ta’ Repubblika kompla bil-kliem iebes u staqsa jekk André Grech kienx diġà sparixxa meta Delia ma reġax ġie elett Kap tal-Partit Nazzjonalista.

L-Erbgħa filgħaxija, André Grech saħaq li rriżenja mill-Partit Nazzjonalista wara li Bernard Grech naqas milli jieħu azzjoni fil-konfront ta’ Comodini Cachia, li ħarġet tattakka lil Adrian Delia fuq il-kawża ta’ libell li fetaħ kontra l-Lovin Malta, is-sit li għad għandu kontroll enormi fuqu l-istrateġista ta’ Bernard Grech, Chris Peregin.

André Grech kien qal li ma jiflaħx jibqa’ f’partit fejn tirrenja l-mibegħda.
“Delia kien imċanfar għax morna fuq il-Fosos bil-flokkijiet ta’ Team Delia u wara l-kummenti ta’ Comodini Cachia qed ngħidu li l-partit huwa magħqud”, saħaq André Grech.

Zammit Maempel ta’ Repubblika diġà kien ħareġ jiddefendi lil Comodini Cachia li sejħet l-eżami li għamel Delia fil-bidu ta’ din il-ġimgħa fil-Qorti fuq l-editur tal-Lovin Malta bħala surreali u ‘poor taste’.

Fil-fatt din il-ġimgħa stess, ta’ Repubblika qal li Comodini Cachia għamlet sew li ħarġet kontra Delia, f’dak li Repubblika fissret bħala bullying minn Adrian Delia fuq is-sit Lovin Malta.

Adrian Delia beda jsaqsi mistoqsijiet lill-editur tal-Lovin Malta Julian Bonnici fuq rapport tas-sit li fih intqal li waqt dibattitu parlamentari wara li sar magħruf li Yorgen Fenech huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black, Delia kien f’kuntatt ma’ Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech baqa’ qatt ma ħareġ jiddefendi lil Adrian Delia, li dejjem ċaħad ir-rapport tal-Lovin Malta.

Fil-fatt meta t-Tlieta filgħaxija staqsejna lil Bernard Grech dwar il-kwistjoni, huwa deher skomdu ħafna biex jitkellem dwar il-materja.

Fl-aħħar jiem ukoll it-tmexxija Nazzjonalista ppruvat tagħti l-impressjoni li s-saga bejn Comodini Cachia u Delia hi każ magħluq.

Dan għamlitu permezz tal-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut, li qal li l-Kap iltaqa’ maż-żewġ Deputati Nazzjonalisti.

Madankollu Adrian Delia kkonferma li kull ma għamel il-Kap Bernard Grech kien li ċempillu u Delia rrimarka li b’telefonata ma tagħlaqx l-affarijiet.

ADRIAN DELIA
DEPUTAT NAZZJONALISTA
Jiena fuq it-telephone ma tantx inħobb nagħmel konklużjonijiet għaliex ma naħsibx li b’telefonata huwa l-aħjar mod.”

Mhux l-ewwel darba li l-għaqda Repubblika għorkot idejha meta telaq xi ħadd mill-partit ta’ Bernard Grech li hu tal-fazzjoni Delia.

Dan għamlitu wkoll meta Roselyn Borg Knight ħabbret li rtirat il-kandidatura tagħha għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Не удается загрузить Youtube-плеер. Проверьте блокировку Youtube в вашей сети.
Повторяем попытку...
TA’ REPUBBLIKA JIFIRĦU BIR-RIŻENJI TA’ DELIA MILL-PN

Поделиться в:

Доступные форматы для скачивания:

Скачать видео

  • Информация по загрузке:

Скачать аудио

Похожие видео

Переговоры в Женеве: возвращение Мединского

Переговоры в Женеве: возвращение Мединского

Alvis Hermanis: būs ģenerālā tīrīšana, par lietu atbildēs viens konkrēts cilvēks

Alvis Hermanis: būs ģenerālā tīrīšana, par lietu atbildēs viens konkrēts cilvēks

Открытие Варбурга: 4 переключателя, которые мешают раку расти | Здоровье с Доктором

Открытие Варбурга: 4 переключателя, которые мешают раку расти | Здоровье с Доктором

IS-SENTENZA T-TLIETA WARA L-ĠURI

IS-SENTENZA T-TLIETA WARA L-ĠURI

KOPPJA TINSTAB MEJTA F’KAMRA FIL-BAJJA TA’ MĠARR IX-XINI.

KOPPJA TINSTAB MEJTA F’KAMRA FIL-BAJJA TA’ MĠARR IX-XINI.

Purċissjoni Penitenzjali u Devota tal-Ġimgħa l-Kbira mill-Bażilika ta' San Ġorġ - 06.04.2023

Purċissjoni Penitenzjali u Devota tal-Ġimgħa l-Kbira mill-Bażilika ta' San Ġorġ - 06.04.2023

DELIA U SAID GĦAL KAP TAL-PN

DELIA U SAID GĦAL KAP TAL-PN

L-10 Maltin li saru Presidenti tar-Repubblika ta' Malta

L-10 Maltin li saru Presidenti tar-Repubblika ta' Malta

KELBA LI TAT IL-ĦAJJA U T-TAMA LIL SIDHA

KELBA LI TAT IL-ĦAJJA U T-TAMA LIL SIDHA

KRYM PO 12 LATACH OKUPACJI PUTINA - SZPITALE WOJSKOWE ZAMIAST SANATORIÓW [BOJKE]

KRYM PO 12 LATACH OKUPACJI PUTINA - SZPITALE WOJSKOWE ZAMIAST SANATORIÓW [BOJKE]

Жапаров избавился от генерала Ташиева? В Кыргызстане грядет революция?

Жапаров избавился от генерала Ташиева? В Кыргызстане грядет революция?

Украина победила этой зимой. Дмитрий Быков

Украина победила этой зимой. Дмитрий Быков

НАДЕЖДИН:

НАДЕЖДИН: "Лихо. Путин свернул это". По ком решают в Кремле, что ждать в РФ, БЕДА, Telegram,Youtube

Fedorska: MERCOSUR wisi na włosku. Niemcy są wściekłe! To wynik dealu Argentyny z USA

Fedorska: MERCOSUR wisi na włosku. Niemcy są wściekłe! To wynik dealu Argentyny z USA

"Qam mill-koma fil-ġimgħa tal-Milied.... kien Milied speċjali għalina"

Этим вы отталкиваете людей! 7 золотых правил этикета, чтобы расположить к себе любого / Анна Валл

Этим вы отталкиваете людей! 7 золотых правил этикета, чтобы расположить к себе любого / Анна Валл

IL-PRIM MINISTRU U MARTU MAN-NIES

IL-PRIM MINISTRU U MARTU MAN-NIES

Иран готовится к разговору с США. Чистка каналов в Telegram. Зимний шторм в Европе

Иран готовится к разговору с США. Чистка каналов в Telegram. Зимний шторм в Европе

Il-Partit Nazzjonalista jirbaħ il-maġġoranza fis-Siġġiewi u anke fil-Mosta

Il-Partit Nazzjonalista jirbaħ il-maġġoranza fis-Siġġiewi u anke fil-Mosta

Попытка переворота в Кыргызстане или борьба элит? | МИР.Итоги

Попытка переворота в Кыргызстане или борьба элит? | МИР.Итоги

© 2025 ycliper. Все права защищены.



  • Контакты
  • О нас
  • Политика конфиденциальности



Контакты для правообладателей: [email protected]