TLETIN SENA MIT-TWAQQIF TAR-RED CROSS F’MALTA
Автор: ONE News Malta
Загружено: 2021-10-24
Просмотров: 192
Описание:
ONE.COM.MT • Tletin sena ilu twaqqfet is-Soċjetà Maltija għas-Salib l-Aħmar wara li pajjiżna kien għadu kif affaċċja kriżi bla preċedent.
Tkellimna ma’ Edward Gruppetta, wieħed mill-ewwel membri f’Malta fejn spjegalna l-evoluzzjoni ta din l-għaqda mhux governattiva minn tketin sena ilu sal-lum, insegwu.
KITBA: KYLE MIFSUD
FILMATI: A. BORG / ARKIVJI
L-erbgħa u għoxrin t’Ottubru jimmarka t-tletin sena anniversarju mit-twaqqif tar-Red Cross f’Malta.
Tkellimna ma’ Edward Gruppetta, l-President tal-Malta Red Cross u wieħed mill-ewwel membri ta’ din l-għaqda mhux governattiva u awżiljarja tal-Gvern fejn spjegalna kif bdiet topera din l-għaqda f’Malta.
EDWARD GRUPPETTA
PRESIDENT TAR-RED CROSS
“Tletin sena ilu daħal vapur b’immigranti mill-Albanija u kien hemm grupp ta’ nies li ddeċidew li ma kinex hawn dik l-għaqda volontarja newtrali u indipendenti li tkun lesta biex tassisti f’sitwazzjonijiet bħal dawn u sitwazzjonijiet umanitarji.”
Mill-episodju tal-immigranti fil-wieħed u disgħin ir-Red Cross kienet parteċipi wkoll f’numru ta’ avvenimenti kbar li ġew organizzati f’pajjiżna fosthom iż-żjarat tal-Papa u kif ukoll l-evakwazzjoni taċ-ċittadini fil-bidu tal-kunflitt tal-Libja.
Tul is-snin il-Malta Red Cross kienet anki parteċipi anki f’inċidenti internazzjonali fosthom it-tsunami ta’ Sri Lanka lura fl-2004.
“Minn dak iż-żmien ‘l hawn komplejna nkabbru l-għaqda biex meta jkun hemmkażijiet bħal dawn inkunu hemm biex nassistu mill-aħjar mod li nistgħu”
Gruppetta kompla jispjega li r-Red Cross kompliet taddatta għall-ħtiġijiet tal-lum.
“aħna nemmnu li kulħadd għand kemm jista’ jkun jitgħallem kif jagħi l-ewwel għajnuna għax ma nafux kif tinqala emerġenza. Illum għandna flotta ta’ vetturi u nassistu fjen hemm bżonn fosthom postijiet pubbliċi, bajjiet u waqt attivitajiet tal-massa”
Mistoqsi dwar it-triq ‘l quddiem Gruppetta spjega li t-taħriġ huwa essenzjali kif ukoll l-ingaġġ ta’ aktar volontiera.
“Nisperaw li nkomplu nibnu fuq li għandna u nżidu l-volontiera u l-infrastruttura. Irridu nkunu aktar preparati biex f’każ ta’ bżonn nassistu l-entitajiet governativi tal-pajjiż.”
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: