Andrew Azzopardi On 103 | Is-Sibt 29 ta' Lulju 2023
Автор: Newsbook Malta
Загружено: 2023-07-28
Просмотров: 2663
Описание:
Is-surveys jivvantaġġjaw lil xi ħadd?
Minn żmien għal żmien, naraw diversi surveys ippublikati minn gazzetti jew persuni b’mod individwali li jagħtu stampa tal-andament politiku tal-partiti rispettivi inkella l-mexxejja tagħhom.
Iżda fil-verità, dawn is-surveys kemm jitwemmnu? Kemm huma kredibbli? Isiru biex jivvantaġġjaw lil xi ħadd jew lil xi partit?
Waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103 issir diskussjoni dwar dan flimkien mal-President tal-Partit Laburista Ramona Attard, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino kif ukoll il-kandidat f’isem l-ADPD Mario Mallia.
Matul il-programm, li jixxandar kull nhar ta’ Sibt bejn id-9am u nofsinhar, diskussi wkoll:
Il-Politika: Hard Talk mal-Membru Parlamentari Darren Carabott
Is-saltna tad-dritt għadha teżisti? Jiddiskuti Dr Louis de Gabriele, il-President tal-Kamra tal-Avukati
In-negozji: Titkellem il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra Maltija għall-Intrapriżi Żgħar u Medji Abigail Mamo
Il-Qrati: Jiddiskutu Dr Stefano Filletti, Dr Joe Bugeja u Dr Natalino Caruana de Brincat
Andrew Azzopardi on 103 jixxandar is-Sibt bejn id-9am u 12pm fuq 103 Malta’s Heart u Newsbook.com.mt.
Повторяем попытку...
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео
-
Информация по загрузке: